Reference: 165/2002

Judgement Details


Date
06/01/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA (SPT.M.MICALLEF) vs VELLA VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, TALBA GHAS-SOSPENSJONI TA` L-EZEKUZZJONI TAS-SENTENZA APPELLATA FIL-KAMP KRIMINALI - SENTENZA, TALBA GHAS-SOSPENSJONI TA` L-EZEKUZZJONI FIL-KAMP KRIMINALI
Summary
Il-pregudizzjali tan-nullita' u irritwalita' tal-appell minhabba il-mankanza tat-talba ghas-sospensjoni tal-esekuzzjoni tas-sentenza hija bazata fuq l-artikolu 416 tal-Kodici Kriminali. Jidher li l-gurisprudenza pparifikat tali mankanza mal-akkwiexxenza, liema akkwiexxenza hija in konflitt mall-volonta' li wiehed jappella.

Wahda mill-karatteristici tal-process penali fis-sistema taghna huwa, illi kif appena tinghata sentenza, hlief jekk ikun hemm previst mod iehor fl-istess sentenza jew x'imkien iehor fil-ligi, dik is-sentenza ghandha tigi esegwita immedjetament.

Biex it-talba ghas-sospensjoni ta' l-esekuzzjoni tas-sentenza tkun tista' tigi milqugha, jehtieg li tigi maghmula immedjetament kif tkun giet moghtija s-sentenza u b'dan il-mod biss tista tigi evitata l-esekuzzjonimmedjata tas-sentenza.

It-talba ghas-sospensjoni tal-esekuzzjoni tas-sentenza maghmula sittijiem wara s-sentenza ma setghetx tigi akkolta bil-ligi, ghax sadattant is-sentenza suppost li kienet gja giet esegwita w jekk l-Ewwel Qorti tkun laqghet it-talba maghmula tardivament din ma kienetx kompetenti li tilqaghha. Di fatti wara li s-sentenza tkun giet in esekuzzjoni il-Qorti ma jkollha ebda setgha fuq dik l-esekuzzjoni, hlief li tiddisponi dwar il-mod tal-hlas tal-pieni pekunjarji. Ghalhekk akkoljiment ta` talba ghas-sospensjoni ta' l-esekuzzjoni tas-sentenza appellata li ssir fuori termine hija nulla u bla effett fil-ligi. Bhala konsegwenza l-esekuzzjoni ta' dik is-sentenza ma setghetx tigi sospiza , b'mod ma jkunx l-anqas jista' jsir appell.

Ara pero' il-Pulizija v. Andre' Sant (App. Inf.36/03 VDG dec. 14/8/03)




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info