Reference: 2647/1999/1

Judgement Details


Date
29/10/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
ABELA ANGELO vs ZAHRA JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
INTERVENT IN STATU ET TERMINIS, INTERESS MEHTIEG - INTERVENT IN STATU ET TERMINIS, SKOP TA`
Summary
L-istitut ta' l-intervent f'kawza in statu et terminis huwa regolat fil-ligi taghna bl-artiklu 960 tal-Kap. 12 li jiddsponi hekk:

"Kull min juri b'sodisfazzjoni tal-Qorti, li huwa ghandu interess f'kawza li tkun miexja bejn partijiet ohra, jista' fuq rikors, jigi mdahhal in statu et terminis, bhala parti fil-kawza, f'kull waqt taghha, sew fil-Qorti ta' l-ewwel grad kemm fil-Qorti fi gradta' Appell; izda dan l-intervent fil-kawza ma jwaqqafx il-proceduri taghha".

Mill-kontenut ta' dana l-artiklu li nsibuh fil-Kodici ta' Organizzazzjoni u procedura Civili ghandu jirrizulta evidenti li l-ligi taghna riedet taghti fakolta` wiesa' biex parti interessata f'kawza partikolari tinghata l-possibilita` li tigi ammessa anke meta l-istess kawza tkun bejn partijiet ohra u meta l-procedura tkun sahansitra tinsab quddiem Qorti ta' Appell. Ta' min ukoll josseva li l-ligi ma toqghodx tiddistingwi bejn tipi ta' kawzi. Hekk, per ezempju, hija ma tiddistingwix bejn kawzi possessorji minn ohrajn li huma petitorji. Dak li invece tesigi l-ligi huwa li dik il-parti jkollha interess li tintervjeni.

Terz jista` jkollu interess f`kawza taht diversi aspetti; anki jekk jibza` minn piz fattwali u indirett, kemm-il darba l-ezitu finali, minkejja li ma jkunx jaltera s-sitwazzjoni guridika tieghu, jimminaccja li jrendi l-godiment u l-utilita` inerenti ghaliha aktar difficli, jew ankili jnaqqsu effettivament, spiss il-ligi inezorabbli tal-fatt kompjut hi aktar b'sahhitha mit-teoriji astratti li jipproklamaw l-innokwita` tal-gudikat inter alios.

Ir-ragjuni pratika ta` l-istitut ta` l-intervent in statu et terminis hija moghtija mill-interdipendenza tal-posizzjonijiet guridici u tar-rapporti guridici. Minkejja li sentenza ma tistax tippregudika lil terzi li ma jkunux partijiet fil-kawza, il-posizzjoni guridika taghhom, jew ir-rapporti guridici li taghhom huma jkunu titolari, jistghu isofru f'diversi modi mill-konsegwenzi indiretti tas-sentenza li tinghata fil-konfront ta` haddiehor, dak li jiddetermina process li fih huma ma jkunux partijiet jew l-ezitu ta` l-istess.

Fil-lingwagg tal-procedura, it-terz huwa materjalment estraneju ghall-gudizzju pendenti bejn ohrajn, u jekk jigi kjarament dimostrat li dan it-terz ghandu interess kwalunkwe, basta li jkun sostanzjali, personali u reali u mhux derivattiv mill-ezitu ta` gudizzju pendenti bejn ohrajn, hu jkollu dritt jintervjeni u jista` jigi msejjah biex jippartecipa.

L-istitut ta` l-intervent fil-kawza, kemm dak volontarju, kif ukoll dak koattiv, huwa bazat fuq l-ispeditezza u s-semplicita` tal-gudizji, billi huwa gustament ritenut li huwa tassew utili li kwistjoni tigi deciza fil-presenza ta`dawk kollha li ghandhom interess, sabiex b'hekk jizviluppaw ahjar ir-ragunijiet differenti tal-kontendenti u b'hekk jigu evitati gudizzji molteplici u inutili bi spiza konsiderevoli ghall-partijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info