Referenza: 1845/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/12/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
SHAW DANIELA vs CAMILLERI JOSEF
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ZWIEG, ELEMENTI ESSENZJALI - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA ESKLUZJONI POSITTIVA TAZ-ZWIEG JEW TA` XI WIEHED MILL-ELEMENTI ESSENZJALI
Fil-Qosor
Jkun hemm simulazzjoni meta, fil-mument ta' l-ghoti tal-kunsens matrimonjali, esternament u b'att pozittiv tal-volonta', tkun qed teskludi xi element jew proprjeta' essenzjali ghaz-zwieg, jew minn dikil-maturita' affettiva li hija presuppost ghal-ghazla libera dwar l-imsemmi oggett.

L-eskluzjoni jinghad li trid tkun pozittiva fis-sens li mhux bizzejjed li jkun hemm in-nuqqas ta' ntenzjonijew in-nuqqas ta' kunsens dwar iz-zwieg jew dwar xi elementi essenzjali, izda jrid ikun hemm volonta' ossia ntenzjoni pozittiva li teskludi dak iz-zwieg, jew dak l-element essenzjali.

Biex wiehed jara jekk parti jew ohra fiz-zwieg eskludietx, b' att pozittiv kif fuq imfisser, dan l-element essenzjali fil-mument tal-ghoti tal-kunsens matrimonjali, wiehed irid jara mhux biss id-dikjarazzjonijiet ossia konfessjonali maghmula a tempo vergine minn parti jew minn ohra, izda ukoll - u forsi aktar importanti - ic-cirkostanzi kollha antecedenti, konkomitanti u sussegwenti ghaz-zwieg.

Metawiehed jitkellem dwar l-eskluzjoni taz-zwieg jew wiehed mill-elementi essenzjali tieghu, wiehed irid jifli jekk il-kontendenti jew wiehed minnhom, allavolja hu kapaci jaghti l-kunsens validu taz-zwieg, pero' bl-att tieghu qabel u fil-hajja mizzewga, jew bl-ommissjoni tieghu, eskluda a priori certuobbligi essenzjali tal-hajja mizzewwga, cjoe' ssimula I-kunsens tieghu totalment fejn eskluda a priori z-zwieg, jew inkella fejn filwaqt il-kunsens hu jew hi eskludew xi wahda jew aktar mill-elementiessenzjali tal-hajja mizzewwga, u cjoe' saret simulazzjoni parzjali.

L-elementi essenzjali taz-zwieg bhala Ii jikkonsistu fil-"kommunjoni tal-hajja konjugali, I-indissolubilita' tar-rabta taz-zwieg, id-dritt ghall-fedelta' u d-dritt ghall-prokreazzjoni ta' l-ulied.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni