Reference: 52/1996/1

Judgement Details


Date
16/12/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BLACKMAN MARIO vs CUSCHIERI JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, KUNCETT TA` RESIDENZA - LOKAZZJONI, NON USO - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` RESIDENZA
Summary
Non-uzu li jekk provat, skond principju accettat fid-dottrina jgib bhala konsegwenza li l-kerrej majkunx qieghed juzah skond id-destinazzjoni tieghu. Min ma juzax il-haga mikrija lilu jitqies li jkunqed ibiddel id-destinazzjoni taghha.

Dan il-principju japplika sew ghall-fondi kummercjali kemm ghad-djar ta' abitazzjoni.

Issa huwa minnu li bniedem jista' ghall-finijiet differenti jkollu residenzi differenti fl-istess zmien. B'danakollu huwa prezunt ukoll illi dan ikun qed jaghmeluzu minn dawn ir-residenzi differenti u mhux jaghmel uzu regolari minn wahda u l-ohra jzommha ghas-semplici pjacir. Jew ukoll ghax ispirata mill-aspettattiva illi, bhal fil-kaz tal-intimata, tistenna l-ezitu tal-kwistjoni gudizzjarja li ghandha ma' membri ohra tal-familja. Fil-verita' ghas-sid din il-konsiderazzjoni hi 'res inter alios'. Ghax jekk il-fond ma jintuzax l-ebda konsiderazzjoni matista ragjonevolment tikkonvalida l-atteggjament assunt mill-kerrej fir-rigward tal-fond mikri. Tali atteggjament jirrivela ruhu x'aktarx bhala abbuz milli ta' bzonn jew ghas-serhan tal-mohh.

Biex verament tissussisti "r-residenza" din ghandha tiddenota certu grad ta' kontinwita' ta' uzu u timmanifesta l-mod kif il-bniedem jorganizza hajtu u dik tal-familja tieghu fil-post li hu intenda bhala r-residenza abitwali tieghu. Is-semplici zamma fih ta' xi ghamara jew hwejjeg ohra ma jaghmluxmill-fond dak l-uzu li jintitola lill-kerrej jircevi l-protezzjoni tal-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info