Referenza: 1575/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/12/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MALTACOM PLC. vs SCHEMBRI ANGELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AVVIZ QUDDIEM IL-QORTI TAL-MAGISTRATI, NATURA TA` - AVVIZ QUDDIEM IL-QORTI TAL-MAGISTRATI, REKWIZITI FORMALI - CITAZZJONI, NUQQAS TA` TALBA GHAL-DIKJARAZZJONI TA` RESPONSABILITA` F`AZZJONI GHAD-DANNI - SENTENZA, L-ECCEZZJONIJIET KOLLHA SOLLEVATI JRIDU JIGU KUNSIDRATI - SENTENZA, META L-QORTI TONQOS MILLI TINDIRIZZA ECCEZZJONI LI TKUN GIET SOLLEVATA
Fil-Qosor
Meta sentenza tonqos li tindirizza eccezzjoni li tkun giet sollevata hemm serje ta` konsiderazzjonijiet li jkunu jridu jsiru:

Fl-ewwel lok wiehed irid jara jekk l-eccezzjoni partikolari hix wahda minn dawk li elenkati fl-Artikolu 730 tal-Kap 12 f'liema kaz ghal dawn kien rikjest li jigu decizi b'kapi separati qabel, jew flimkien, mas-sentenza fuq il-meritu.

Ankorke kien hekk il-kaz ul-proprjeta' procedurali ma gietx adempita dan in-nuqqas jew irregolarita' ma jannullax is-sentenzajekk din fis-sustanza vera taghha tinsab li hi gusta.

Hemm imbaghad argument iehor fis-sensli gieli jista` jinghad li meta l-ewwel Qorti tkun laqghet it-talbiet attrici hi kienet fl-istess waqt qed tirrespingi l-eccezzjonijiet tal-konvenut.

Il-Qorti tal-Magistrati mhix marbuta bil-kawzali ta' l-avviz. Dan hu hekk evidenti minn semplici paragun bejn l-Art 171 u l-Art 156 tal-Kap 12. L-ifformular ta' l-avviz hu anqas solenni minn dak dispost fir-rigward tac-citazzjoni fil-qrati ta' gurisdizzjoni superjuri. Sufficit li fl-att promotur taht il-firma tar-Registratur ikun hemm "l-isem u l-kunjom ta' l-attur u tal-konvenut, it-talba ta' l-attur, u l-jum u l-hin meta l-konvenut ghandu jidher".

Mhux hekk biss pero' in kwantu t-talba dikjaratorja pre-ordinata ghall-kundannamhiex rekwizit 'sine qua non' li minghajra l-avviz hu monk. Hu pacifiku fil-gurisprudenza Maltijailli d-domanda tista' tigi inferita u jew sostenuta "per equipollens". U billi d-domanda ghal kundanna ghall-hlas tas-somma tad-danni ghandha implicita fiha r-responsabilita' li tat lok ghal dawk id-danni ma hijiex irritwali d-domanda li biha tintalab il-kundanna minghajr ma jkun hemm ukoll fl-Avvizit-talba ghad-dikjarazzjoni tar-responsabilita'.

Huwa stabbilit illi d-dikjarazzjonijiet litalvolta jkunu mehtiega biex l-attur jasal ghal xi wahda mid-domandi tieghu, m'hemmx bzonn li jsirufic-citazzjoni taht forma ta' domandi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni