Referenza: 1176/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/12/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MICALLEF PIERINA vs BENTANFOUS AMOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ZWIEG, COMMUNIO VITAE - ZWIEG, ELEMENTI ESSENZJALI - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA ESKLUZJONI POSITTIVA TAZ-ZWIEG JEW TA` XI WIEHED MILL-ELEMENTI ESSENZJALI - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA QERQ - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA VJOLENZA MORALI, FIZIKA JEW BIZA`
Fil-Qosor
Biex biza tkun tali li tista` twassal ghall-annullament taz-zwieg jrid ikun cert, ta' certa gravitaserja u ghandha tigi distinta minn dak li hu misthija u frivolezza u kapricc ta' min ser jaghti l-kunsens. Barra minn hekk trid ukoll tkun realistika.

Kwantu ghal "qerq" prospettat fis-subinciz (c) ghall-Artikolu 19(1) tal-Kap. 255, dan certament hu motiv ta' nullita` tal-ftehim jew tal-kuntratt kif hekk del resto jiddisponi l-Artikolu 981(1) tal-Kodici Civili. L-eghmil doluz pero` ma jista' qatt ikun prezunt u ghandu jigi pruvat (Artikolu 981(2)). Il-qerq irid ikun tali li jkun jista`jbieghed ir-raguni u jeghleb il-volonta`.

Ghalkemm il-ligi ma tiddefinixxiex x'inhuma l-"elementi essenzjali" tal-hajja mizzewga eppure hu komunament pacifiku illi l-iprem element fiz-zwieg "huwa d-dritt tal-mizzewgin ghall-komunjoni tal-hajja bejniethom ('communio vitae').




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni