Reference: 712/1993/2

Judgement Details


Date
06/12/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, PACE RAYMOND C., SCICLUNA DAVID
Parties
MUSCAT INGLOTT MARIE LOUISE SIVE MARIE E vs MANDUCA LOUIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI, DISPOSIZZJONIJIET KONTRA XULXIN - RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU - RITRATTAZZJONI, ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI TAL-KAWZA
Summary
Ir-rimedju ta' ritrattazzjoni huwa wiehed ta' natura straordinarja, u l-kazijiet li fihom jista' jinghata dana r-rimedju ghandhom jigu interpretati ristrettivament.

Il-procedura ta' ritrattazzjoni ma kienet qatt intiza, u ghalhekk m'ghandhiex tintuza, sabiex ikun hemm forma ta' tribunal tat-tielet istanza b'ezami mill-gdid tal-kawza fil-meritu.

Huwa pacifiku fil-gurisprudenza illi biex il-Qorti tiddeciedi jekk ikunx hemm jew le applikazzjoni hazina tal-ligi ghall-fini ta' l-Artikolu 811(e) tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta ma ghandhomx jigu ezaminati u valutati l-fatti tal-kawza, u anqas jistghu dawn jergghu jigu nterpretati; ikun hemm interpretazzjoni hazina tal-ligi skond l-imsemmija disposizzjoni biss meta ma tkunx giet applikata l-ligi gusta ossia korretta ghall-fatti kif interpretati. Fi kliem iehor l-ipotesi ta' applikazzjoni hazina tal-ligi tikkonkreta ruhha meta jkun hemm vjolazzjoni manifesta tal-ligi, espressa u cara, u mhux suggetta ghal interpretazzjoni, razzjocinji jew argumenti.

Is-subinciz (i) ta` l-Artikolu 811 tal-Kap. 12 jippermetti smigh mill-gdid fil-kaz fejn "fis-sentenza jkun hemm disposizzjonijiet kontra xulxin. Il-kontradizzjoni trid tirrizulta pero` fid-disposittiv tas-sentenza u mhux fil-konsiderazzjonijiet, anke jekk dawn ta' l-ahhar jistghu jkunu rilevanti biex jitfghu dawl u jidentifikaw tali kontradizzjoni. Il-kontradizzjoni trid tkun tax-xorta li tippregudika l-esekuzzjoni tas-sentenza in kwantu toffuska d-decizzjoni tal-Qorti. Hu proprju ghalhekk li kien gie ritenut illi dan is-subinciz ma setghax ikollu applikazzjoni fejn is-sentenza kienet tikkontjeni disposittiv wiehed.

l-Artikolu 811(l) jipprovdi ghal ritrattazzjoni meta s-sentenza attakkata tkun l-effett ta` zball li jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza.

Biex l-izball ta' fatt, ravvizat fil-paragrafu (l) imsemmi, jaghti kawza ghar-revokatas-sentenza jehtieg illi (i) l-izball ikun zball materjali ta' fatt, u mhux zball ta' kriterju jewta' interpretazzjoni, (ii) l-izball jirrizulta mill-atti u mid-dokumenti tal-kawza, u ghalhekk hijaassolutament inammissibbli l-produzzjoni ta' atti w dokumenti godda biex tingieb 'l quddiem il-provata' l-izball, (iii) l-istess zball ikun manifest, tali, cioe` li jemergi mis-semplici konfront bejnid-dikjarazzjonijiet tas-sentenza u l-atti u d-dokumenti tal-kawza, b'mod li jkun jidher prodott esklussivament mis-semplici inavvertenza tal-gudikant, (iv) l-izball ikun iddetermina d-decizzjoni tal-gudikant, jigifieri li l-istess zball ikun jikkostitwixxi l-fondament principali tas-sentenza (u ghalhekk ma jkunx hemm lok ghar-revoka tas-sentenza jekk din, ghalkemm vizzjata minn zball ta' fatt manifest, tkun tista' tigi sorretta b'ragunijiet ohra indipendenti minn dik zbaljata), u (v) l-ezistenza jew l-inezistenza tal-fatt li fih manifestament ikun zbalja l-gudikant ma jkunx ifforma punt ta'kontroversja, jigifieri punt kontradett u diskuss bejn il-partijiet u li fuqu s-sentenza tkun ippronunzjat.

L-apprezzament u l-interpretazzjoni ta` fatt jaqghu fil-gudizzju insindakabbli ta` l-imhallef.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info