Referenza: 642/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/10/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CASHA PHILIP vs CASHA ROSELLA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
FILJAZZJONI, AMMISSJONI TAL-OMM - FILJAZZJONI, DENEGATA PATERNITA`
Fil-Qosor
L-azzjoni ta` denegata paternita` hi regolata bl-Artikolu 70 tal-Kodici Civili li jaghti d-dritt lir-ragel jiddiskonoxxi lit-tifel imnissel matul iz-zwieg jekk jirnexxielu jipprova xi wahda minn fostl-erba' ipotesijiet f'din id-disposizzjoni kontemplata, jigifieri:-

(a) jekk jipprova illi, fiz-zmien bejn it-tliet mitt jum u l-mija u tmenin jum qabel it-twelid tat-tifel, hu kien fl-impossibilita` fizika li jghammar ma' martu minhabba li kien boghod minnha, jew minhabba xi accident iehor;jew

(b) jekk fiz-zmien hawn fuq imsemmi, kien mifrud de facto jew legalment minn martu. Izdama jkunx jista' jichad lit-tifel jekk matul dak iz-zmien ikun rega' nghaqad ma' martu, ukoll jekk temporanjament; jew

(c) Jekk jipprova li fiz-zmien hawn fuq imsemmi kien milqut b'impotenza, ukoll jekk dik l-impotenza kienet wahda fit-tnissil; jew

(d) Jekk jipprova li fiz-zmien hawn fuq imsemmi martu kienet ghamlet adulterju jew kienet hbiet it-tqala u t-twelid tat-tarbija, u barra minn hekk jipprova xi fatt iehor (li jista' wkoll ikun testijiet u provi genetici u xjentifici) li x'aktarx jeskludu dik il-paternita`;

L-ammissjoni u kull dikjarazzjoni ta' l-omm li zewgha mhuxil-missier ma tibbastax biex tinnewtralizza l-presunzjoni tal-ligi dwar il-paternita` tar-ragel.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni