Referenza: 1710/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/11/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
BANK OF VALLETTA PLC vs B.G. CATERING EQUIPMENT CO. LTD. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BENEFICCJU TAL-ESKUSSJONI, DISPONIBILITA` TA` - ECCEZZJONIJIET, ELEMENTI ESSENZJALI GHALL-ESKUSSJONI - GARANZIJA, IL-GARANTI SOLIDALI MA JISTAX JECCEPIXXI L-ESKUSSJONI TAD-DEBITUR - GARANZIJA, SOLDARJETA` F`OBBLIGAZZJONIJIET TA` NATURA KUMMERCJALI
Fil-Qosor
Fi hwejjeg ta' natura kummercjali, u sakemm ma jkunx hemm ftehim espress li jghid mod iehor, il-garanti jitqies dejjem li ntrabat solidalment mad-debitur ewlieni.

Ghalhekk, il-beneficcju tal-eskussjoni ma jibqax jghodd ghal garanti bhal dak.

Fejn l-eccezzjoni tal-eskussjoni tista' tintlaqa', il-ligi tqieghed fuq il-persuna li tqanqal eccezzjoni bhal dik certi dmirijiet li jridu jitwettqu waqt is-smigh tal-kawza. Dawn jinkludu (a) l-ghoti mill-parti mharrka ta' lista ta' gid tal-parti li tintalab l-eskussjoni taghha, u kif ukoll (b) it-tqeghid mill-eccipjenti ta' somma flus favurl-attur, biex taghmel tajjeb ghall-ispejjez li dan jista'jonfoq biex jaghmel l-eskussjoni. In-nuqqas ta' twettiq ta' xi wahda minn dawn l-obbligi twassal biex il-kawza tinqata' bla ma jinghata kaz tal-imsemmija eccezzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni