Reference: 249/2002

Judgement Details


Date
15/11/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs YANKOVIC ALEKSANDAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IMMIGRAZZJONI, ORDNI TA` TNEHHIJA - IMMIGRAZZJONI, PERSUNI EZENTI
Summary
L-istatus ta' persuna ezenti ma jigix imnehhi (u l-anqas jinghata) mill-awtoritajiet ta` l-immigrazzjoni. Persuna hija ezentata mid-disposizzjonijiet tat-Tielet Parti ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni jekk tissodisfa wahda mill-konsizzjonijiet kontenuti fil-paragrafi (a) sa (h) tas-subinciz (1) ta' l-Art. 4 ta' l-imsemmi Att. Il-fatt li persuna zzomm passaport mhux Malti hija prova prima facie li tali persuna ma jkolliex ic-cittadinanza Maltija; jispetta lil tali persuna li tipprova, almenu fuq bilanc ta` probabilitajiet, jew li minkejja l-passaport esteru hi jkollha c-cittadinanza Maltija jew inkella li tissodisfa wiehed jew aktar mir-rekwiziti taht il-paragrafi (b) sa (h) tad-disposizzjoni imsemmija.

L-element formali tar-reat kontemplat fl-Art. 14(1) ta' l-Att dwar l-Immigrazzjoni tikkonsisti semplicement fil-konsapevolezza li wiehed ma jkollux il-permess mill-Ufficjal Principalita' l-Immigrazzjoni sabiex tidhol jew li toqghod f'Malta jew, inkella, in-nuqqas ta` konoxxenza posittiva li wiehed ghandu tali permess.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info