Referenza: 177/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/11/2002
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPT.S.MICALLEF) vs ZAFFARESE ROBERT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, EMERGENZA SUBITANEA - KOLLIZJONI, NUQQAS TA` ILLUMINAZZJONI - KOLLIZJONI, PROPER LOOKOUT - KOLLIZJONI, SORPASS
Fil-Qosor
Min ma jarax dak li ragonevoment kellu jara, jfisser li ma kienx qed izomm " proper lookout" u gie ukoll ritenut minn din il-Qorti li "hu dover ta' driver "to see what is in plain view".

Propert lookout tfisser li wiehed ihares quddiemu, tinkludi konsapevolezza ta` dak li jkun qieghed jigrifil-vicinanzi immedjati. Sewwieq irid ikollu veduta tat-triq kollha minn naha ghall-ohra, u fil-kazta` zoni mibnija, irid tal-bankini fil-gnub ukoll.

Sorpass irid isir f'cirkostanzi tali li d-driver li jkun ikollu raguni jahseb li jista' jaqla' 'l barra b' sikurezza ghalih u ghal "road users" ohra .

Sewwieq ma jistax jissolleva b'success id-difiza tas-"sudden emergency" meta l-emergenza jkun holoqha hu.

Hawnhekk l-appellant argumenta li hu ma kienx jaf bl-ezistenza tac-centre strip fil-lokalita' fejn kien ghaddej u li din ma kienetx mixghula. Gie ritenut li dan ma jezonerahx mir-responsabilta' ta dak li gara. Ladarba din kienet fit-triq u suppost kienet vizibbli (ghalkemm mhux illuminata specifikatament b' xi spot light jew dawl partikolari ) bid-dawl ordinarju tal-street lighting kif ukoll bid-dwal tieghu stess, hu suppost li kellu jarha minn sew qabel ma avvicinha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni