Referenza: 1484/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/10/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
SCICLUNA LOUIS vs GALEA THERESA SIVE TESSIE PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, KONTRA MIN TISTA` TIGI ISTITWITA - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET LI JISTGHU JIGU KONSIDERATI MILL-QORTI - ACTIO SPOLII, MA TISTAX TINGHATA L-ECCEZZJONI LI L-KONVENUT KIEN QED JAGIXXI BISS BHALA MANDATARJU - ACTIO SPOLII, META L-ISPOLL IKUN KOMMESS MINN KOMPROPRJETARJU - ACTIO SPOLII, NATURA TA` - ACTIO SPOLII, PUSSESS ESKLUSSIV MHUX MEHTIEG
Fil-Qosor
L-elementi vitali ta' l-azzjoni ta` spoll li l-attur jehtieglu jipprova huma s-segwenti:-

a)possedesse;
b) spoliatum fuisse
c) infre bimestre deduxisse

Huwa pacifiku li biex din l-azzjoni tigi esperita b'success l-attur irid jipprova biss li fil-mument meta allegatament avvera ruhu l-att spoljattiv hu kien fil-pussess tal-oggett li gie minnu spoljat. Ma hux mehtieg minnu li jipprova xi titolu tal-pussess tieghu. Hu elementari f'materja ta' pussess, illi l-pussess li trid il-ligi fl-ispolljat ghall-finijiet ta' azzjoni ta' reintegrazzjoni ma hemmx bzonn ikun il-pussess b'titolu ta' proprjeta' jew servitu', imma huwa bizzejjed pussess kwalunkwe anke purament materjali udi fatto. Imma huwa dejjem mehtieg li l-attur jipprova li ghandu "un possesso di fatto". "L-atti ta' mera tolleranza ma jistghux iservu ta' fondament ghall-akkwist tal-pussess.

L-actio spoliihija radikata pjuttost fuq l-esigenzi ta' utilita` socjali milli fuq principju assolut tal-gustizzja u hija eminentement intiza sabiex tkun estiza l-protezzjoni lill-kwalunkwe pussess, u jigi impedutlic-cittadin privat jiehu l-gustizzja f' idejh; b'mod li l-fini taghha huwa dak li jigi restawrat fl-istat tal-pussess li jkun skonvolt jew turbat.

L-artikolu tal-ligi jikkontempla din l-azzjoni huwa indubbjament ta' ordni pubbliku u huwa inerenti ghall-fatt ta' min b' awtorita` privata jaghmel ghad-dannu ta' terzi persuni att li, ghalkemm jista' jkollu dritt ghalih, ma jkunx jista' jezercitah minghajr l-intervent tal-Qrati, u ma' dak l-Artikolu huwa markat l-iehor tal-Procedura Civilili jahseb u jghid li kontra l-azzjoni ta' spoll ma humiex ammessibbli hlief eccezzjonijiet dilatorji.

Abbazi ta' dan gie wkoll stabbilit konsistentement mal-gurisprudenza taghna li l-azzjonijiet possessorji fosthom l-azzjoni ta' spoll ghandhom bhala fondament taghhom il-pussess ta' kwalunkwexorta u bhala objettiv taghhom it-tutela ta' dak il-pussess.

Il-principji gew applikati d-dispozizzjonijiet ta' dawn l-artikoli kontra persuna li sgassat fond anke wara li akkwistat il-fond bil-proceduri tas-subbasta ghaliex il-pussess legali mhuwiex il-pussess fattwali; meta l-pussess tal-attur ma kienx wiehed esklussiv; f'kaz ta' ko-possessuri "meta l-att turbattiv tal-pussess hu mmiratbiex jezawtora lill-ko-possessur mill-pusses li jgawdi ma' haddiehor"; bejn konjugi fuq proprjeta' formanti parti minn komunjoni tal-akkwisti ghaliex "gie wkoll gustament ritenut li anke l-proprjetarju innifsu jista' jispollja lilu nnifsu minn hwejgu"; f' kazi ta' ko-proprieta; f'kazi ta' qbiela.

B'dan kollu l-imsemmi pussess m'ghandux ikun ekwivoku u jrid ikun manifest. Pero' mill-banda l-ohra anke pussess qasir hafna u sahansitra momentarju huwa bizzejjed biex jawtorizza l-azzjoni ta'spoll.

L-univocita` ta' tali pussess jew detenzjoni in fatti jehtieg li tirrizulta cara mill-fatti u tkun tali li tosta ghall-intenzjoni spolljattiva tal-pussess stess.

L-attur allura kellu qabel xejn jipprova l-element tal-pussess. Kellu jipprova b' mod konklussiv li kellu 'un possesso di fatto' u mhux pussess bazat fuq xi mera tolleranza li ma tkunx bizzejjed biex isservi ta' fondament ghall-akkwist tal-pussess mehtieg bhala bazi ta' din l-azzjoni.

Il-Qorti ghandha tezamina biss il-fatt tal-pussess jew tad-detenzjoni u l-fatt tal-ispoll.

Il-Ligi taghna fl-azzjonita' spoll ma taghtix lok ghall-ebda ndagini ohra barra minn dik li tistabbilixxi (a) il-fatt ta' pussess / detenzjoni u (b) il-fatt ta' spoll. Indagini limitatissima, rigoruza u skarna li ma tinsabf'ebda legislazzjoni ohra, u ghalhekk, bir-rispett kollu ghal decizjonijiet li ppermettew indagnijiet bazati fuq x'jghidu u x'ma jghidux guristi u awturi Francizi u Taljani, huma ghal kollox irrelevanti u inapplikabbli fil-kuntest tal-ordinament guridiku taghna.

L-azzjoni ta' spoll hija koncepita bhala azzjoni rapida u effikaci ghall-iskop li ma thalli lil hadd jiddisturba 'stat ta' fatt'arbitrarjament u hija ntiza unikament biex iggieghel lill-konvenut li jerga' jqieghed il-haga fl-istat li kienet qabel ma ddisturbaha u daqshekk biss.

Il-vjolenza mehtiega fl-ispoll hija bissdik li l-att ta' spoll ikun arbitrarju u kontra l-volonta' tal-pussessur b'mod li jista' jaghti lokghall-azzjoni ta' danni kontra min ikun ghamel dak l-att.

L-artikoli tal-Ligi li jipprovdu ghall-azzjoni ta` spoll huma ta' ordni pubbliku u ghalhekk ma humiex ammessi eccezzjonijiet hlief eccezzjonijiet dilatorji.

La l-Ligi u lanqas il-gurisprudenza ma jaffermaw il-principju li biex wiehed jirnexxi b' din l-azzjoni ta' spoll huwa ghandu jkollu pussess esklussiv. Anzi l-Qrati nostrali dejjem ippremettew li ko-possessur jagixxi b' din l-azzjoni kontra ko-possessur iehor li jikkommetti spoll ghad-dannu tieghu u dan minhabba li l-azzjoni ta' spoll ghandha l-iskop li tipprotegi l-pussess u mhux il-pussess esklussiv.

L-azzjoni ta' spoll trid issir fi zmien xahrejn mid-data tal-kummissjoni tal-att spolljattiv'.

Mmeta tinghata l-eccezzjoni li l-azzjoni ta' spoll privileggjat ma saritx fiz-zmien preskritt mill-Ligi, il-prova ta' dan tinkombi fuq l-eccippjenti ghaliexskond l-Artikolu 562 tal-Kap 12, l-obbligu tal-prova tal-fatt imiss dejjem lil min jallegah.

Billi l-azzjoni ta` spoll hija ta` ordni pubbliku ma tistax tinghata l-eccezzjoni li l-konvenut kien qed jagixxi biss bhala mandatarju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni