Reference: 640/1993/2

Judgement Details


Date
03/10/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
RIZZO JOSEPH vs FORMOSA JOHN NOMINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, AGENT HUWA MANDATARJU TAL-ASSIGURAT - ASSIKURAZZJONI, BASIS OF CONTRACT CLAUSE - ASSIKURAZZJONI, DMIR TAL-ASSIGURAT LI JAQRA` U JIFHEM IL-POLZA QABEL MA JIFFIRMA - ASSIKURAZZJONI, DOVER TAL-ASSIGURAT LI JSEMMI KULL FATT LI RAGJONEVOLMENT GHANDU JHOSS LI HU RILEVANTI GHALL-ASSIKURATUR - ASSIKURAZZJONI, FATTI MATERJALI - ACCIDENT HISTORY - ASSIKURAZZJONI, META TERZ JGHIN LILL-ASSIGURAT FIL-MILI TAL-PROPOSAL FORM - ASSIKURAZZJONI, UBERRIMA FIDES - KUNTRATT, DMIR TAL-KONTRAENTI LI JAQRAW U JIFHMU L-KUNTRATT QABEL MA JIFFIRMAW
Summary
Kuntratt t'assikurazzjoni huwa riskju ghal min johrog il-kopertura u, kwindi, hu mistenni li min jitlob assikurazzjoni jkun onest maghha u jaghtiha l-informazzjoni kollha materjali u rilevanti ghall-kaz.

Kull fatt materjali ghandu jigi ndikat, u fatt materjali gie deskritt bhala "fatt ta' xorta tali li jinfluwenza d-decizjoni ta' assiguratur prudenti meta jigi biex jara jekk ghandux jiehu r-riskju."

Il-kuntratt ta' assikurazzjoni hu meqjus bhala wiehed tal-aqwa bona fede, u l-proponent ghandu jaghti risposta cara dwar dettalji li jigu mistoqsija lilu espressament fil-proposal forms; anzi hu generalment ritenut li l-proponent hu fid-dmir li jsemmi kull fatt li ragjonevolment ghandu jhoss li hu rilevanti ghall-assikuratur li jkun jaf, u dan anke' jekk ma jkunx mistoqsi.

Huwa, ghalhekk principju accettat mill-Qrati Maltin, li huwa dmir tal-assikurat li jikxef lill-assikuratur kull cirkustanzi relevanti ghall-kaz, u in partikolari, billi jwiegeb korrettament ghal kulldomanda li jkun hemm registrata fil-polza.

Inoltre, meta fil-polza jkun hemm klawsola maghrufa bhala "Basis of Contract Clause", dikjarazzjoni zbaljata in konnessjoni ma tali klawsola tkun fatali ghall-claim tal-assigurat kemm jekk tali dikjarazzjoni tkun saret in buona fede u skond l-ahjar taghrif tal-assigurat. Hemm certi awturi li jsostnu li anki jekk tali dikjarazzjoni ma kienetx tirreferi ghal fatt materjali din tippregudika il-claim tal-assigurat. Hemm certi awturi li jsostnu lirisposta errata fuq domanda li mhiex intiza "to disclose a meterial fact", m'ghandhiex tigi uzata biex tannulla l-kuntratt.

L-accident history tal-assigurat hija ta` importanza kbira ghall-assikuratur u meta assikuratur jghid li hu kien ghamel claim wahda biss, waqt li, fil-fatt, ikun ghameldiversi, m'ghandux ikun hemm dubju li l-assikurat ikun naqas milli jikxef "material facts".

L-obbligu primarju mhux tal-assikuratur izda huwa tal-assigurat li jaghmel id-dikjarazzjonijiet kollha mehtiega.

Huwa dmir tal-assigurat li, qabel ma jiffirma, jaqra sew dak li kien se jiffirma, u jekk ma jaghmilx hekk, irid ibati l-konsegwenzi tan-negligenza tieghu. Meta jkun hemm skritturaffirmata minn parti, hu prezunt li hu accetta dak kollu li jkun regolat fl-iskrittura, u jridu jirrizultaw provi cari u konkludenti biex jigi skartat dak li kien hemm miktub.

L-agent jitqies bhala l-mandatarju tal-assikurat u mhux tal-kumpanija assikuratrici. Kwindi, jekk naqas l-agent jewjekk dan wera xi negligenza f'xogholu, l-konsegwenzi jrid ibatihom l-assikurat - salv kull rimedju li dan jista' jkollu kontra l-mandatarju tieghu taht il-Ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info