Referenza: 1436/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/07/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
DJELASSI NUREDDINE vs SALIBA JOSETTE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
FILJAZZJONI, AMMISSJONI TAL-OMM - FILJAZZJONI, DENEGATA PATERNITA`
Fil-Qosor
Illi l-ligi taghna taghraf erba' cirkostanzi fejn ir-ragel tal-omm jista' jichad il-wild ta' martu bhala wildu: jekk isehhlu juri li (a) bejn it-tliet mitt jum u l-mija u tmenin jum qabel twieldet it-tarbija, huwa kien "fl-impossibilta' fizika li jghammar ma' martu minhabba li kien boghod minnha jew minhabba xi accident iehor"; (b) matul iz-zmien imsemmi, kien mifrud minn martu de facto jew legalment; (c) matul iz-zmien imsemmi kien milqut b'impotenza, ukoll jekk wahda fit-tnissil; jew (d) fiz-zmien imsemmi martu kienet ghamlet adulterju jew hbiet it-tqala u t-twelid, u, barra minn hekk, jipprova xi fatt iehor li x'aktarx jeskludu dik il-paternita'. Huwa bizzejjed li l-attur isehhlu jissoddisfa mqar wahda minn dawn l-erba' cirkostanzi.

Huwa mehtieg ukoll li biex l-azzjoni ssehhtrid tinbeda fi zmien sitt (6) xhur, li jibdew jghaddu mit-twelid tat-tarbija, jekk ir-ragel ikun jinsab f'Malta; jew minn mindu jigi lura Malta; jew minn mindu jintebah bit-twelid, jekk dan u t-tqalata' qablu jkunu nzammu mohbija minnu.

Il-ligi taghmilha cara wkoll li l-istqarrija tal-omm li zewgha m'huwiex missier it-tarbija ma tiswiex biex tnehhi min-nofs il-paternita' ta' zewgha fuq it-tarbija li tkun welldet.

Il-ghan tal-azzjoni ta' cahda ta' paternita' iwassal biss ghal dikjarazzjoni li zewg l-omm mhux missier it-tarbija taghha: l-ebda konkluzjoni jew prova dwar min tassew huwa l-missier ma hija mehtiega.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni