Referenza: 1005/1995/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/07/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
BORG CATHERINE vs BORG RAYMOND
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SEPARAZZJONI PERSONALI, MANTENIMENT META T-TFAL MINORENNI MA JKUNUX PART FIL-KAWZA
Fil-Qosor
Il-fatt li tfal minorenni ma jkunux parti f`kawza ta` separazzjoni ma jfissirx li l-Qorti ma tistaxtghaddi biex tisma' l-kawza u/jew tiddecidiha, jew li ma tistax tipprovdi dwar it-tieni talba ta' l-attrici. Is-subartikoli (1) u (6) ta' l-Artikolu 56 tal-Kodici Civli huwa car, fis-sens li anke jekkma jkunx hemm talba ghall-kura u l-kustodja tal-minuri, il-Qorti li taghti s-sentenza tal-firda ghandha tordna lil liema wahda mill-partijiet ghandha tigi fdata tali kustodja, u dana dejjem fl-interess suprem tal-minuri. Isegwi wkoll, dejjem fl-interess suprem tal-minuri u fid-dawl tal-principju enuncjat fl-Artikolu 149 ta' l-imsemmi Kodici, li meta l-minuri jkun ghadu evidentement ma jistax jaqla' l-ghixin tieghu, il-Qorti tista', f'kawza ta' separazzjoni tal-genituri, tipprovdi anke ghall-manteniment li parti ghandha thallas lill-parti l-ohra ghal dak il-minuri - ikun inkoncepibbli li l-Qorti tghaddi 'l minuri lil parti b'mod li tipprivah mill-manteniment tal-parti l-ohra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni