Referenza: 253/2015

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/07/2017
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MIZZI ANTONIO
Partijiet
IL-PULIZIJA vs SCHEMBRI FRANCESCO, GRIMA KENNETH
ECLI
ECLI:MT:AKI:2017:107710
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PRESKRIZZJONI TA REAT
Fil-Qosor
Illi l-appell tal-Avukat Generali kien jdur fuq il-fatt li l-ewwel Qorti ma hallitx lill-prosekuzzjoni tipproducji l-provi dwar l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni. Fil-fatt, fil-korp ta' l-appell kien hemm indikat li l-prosekuzzjoni kellha f'idejha r-referti tal-appellati minn fejn kien jirrizulta li l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni kienet nfondata.
Illi fl-ewwel lok, kellu jigi rilevat li dan kienkaz sommarju u kwindi l-prosekuzzjoni kellha jkollha l-provi kollha taghha ad dispozizzjoni. Hi hagabazika fil-kawzi sommarji li l-prosekuzzjoni dejjem ikollha maghha r-referti kollha tal-partijiet.Milli jidher f'dan il-kaz ma garax hekk. Kieku kellha r-referti ad dispozizzjoni d-dmir taghha kienet li tezebihom.
Illi l-Avukat Generali kien qed jilmenta li l-ewwel Qorti ma tat ebda chance lill-prossekuzzjoni biex tressaq il-provi taghha. Mill-atti jirrizulta li l-prosekuzzjoni ma ghamlet ebda talba fis-seduta tas-6 ta' Mejju, 2015 ghal differiment. Hi prassi tal-Qrati taghna li jekk partitrid li tivverbalizza l-gudikant sedenti jaghti l-permess tieghu, li qatt ma jigi michud, u jsir il-verbal. Din il-Qorti

sabitha stramba li f'dan il-kaz ma sarx hekk tenut kont tal-fatt li l-prosekuzzjoni kellha avukat li kienet qed tassistiha. Kwindi l-appell gie michud.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni