Referenza: 277/1987/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/03/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
ARRIGO NOEL V.
Partijiet
DEGUARA CARUANA GATTO MARIA THERES ET vs BONANNO TERESA ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO REI VINDICATORIA, GRAD TA` PROVA - POSSIDEO QUA POSSIDEO
Fil-Qosor
Sabiex tirnexxi actio rei vendicatoria l-attur ghandu mhux biss jipprova titolu derivattiv izda titolu originali ta' akkwist, u dan anke ghar-raguni illi fil-ligi ma tezisti ebda prezunzjoni, assolutao meno, illi min ibiegh xi haga bilfors illi huwa l-proprietarju ta' dik il-haga li jkun biegh.

Kif huwa maghruf, l-attur fl-azzjoni rivendikatorja jrid jipprova d-dominju, ossija l-proprjeta'fih, tal-haga li jrid jirrivendika. Mhux bizzejjed li l-haga mhix tal-konvenut, imma jehtieg li juri pozittivament li hi tieghu nnifsu - "melior est conditio posidentis". Dik il-prova li hi ezattamir-rivendikant hemm bzonn li tkun kompleta u konkluzziva, b'mod li kwalunkwe dubju, anke l-icken, ghandu jmur favur il-possessur konvenut.

Anke jekk il-Qorti ma tkunx affattu sodisfatta mid-dritt tal-konvenut, xorta wahda ghandha tilliberah jekk ir-rivendikant ma jaghtix prova tat-titolu tieghu ezenti minn kull dubju.

Fin-nuqqas ta' prova kompleta u konklussiva da parti tar-rivendikant, il-possessur konvenut m'ghandu ghalfejn jipprova xejn hlief il-pussess tieghu u jistrieh fuq il-principju "possideo qua possideo".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni