Reference: 22/2001/1

Judgement Details


Date
27/06/2002
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
GAUCI RAYMOND vs IL-PULIZIJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LEGITTIMU KONTRADITTUR - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - PROCEDURI GHALL-ESTRADIZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, TLIET TIPI TA` KONVENUT - ESTRADIZZJONI, KOMPITU TAL-QORTI RIMANDANTI
Summary
Il-legittimi kontraditturi fi proceduri kostituzzjonali huma:

i. Dawk li allegatament huma direttament jew indirettament, responsabbli, ghal kummissjoni jew ommissjoni, ta' xi fatt li jikser xidritt fundamentali protett mil-ligi;

ii. Dawk li ghall-omissjonijiet jew kummissjonijiet tal-persuni tal-ewwel kategorija jistghu jkunu responsabbli biex jaghtu jew ifornixxu r-rimedji li s-sentenza, li takkolji l-lament tal-ksur ta' dritt fundamentali, tissanzjona;

iii. dawk il-partijiet kollha li jkunu in kawza, meta l-kwistjoni kostituzzjonali tinqala' fuq jew waqt xi proceduri gudizzjarji.

Persuna li kontra taghha qed tintalab l-estradizzjoni tgawdi mill-protezzjoni kostituzzjonali u konvenzjonali ghal smiegh xieraq fil-kors tal-proceduri li ghaliha hi kienet skond il-ligi intitolata.

Il-persuna li kontra taghha jintalab il-hrug ta' ordni ta' estradizzjoni kellha allura d-dritt sostantiv illi tuzufruwixxi u tghaddi minn dawn il-proceduri gudizzjarji. Proceduri gudizzjarji li certament kellhom jizvolgu fir-rispett shih ta' garanzija kostituzzjonali u konvenzjonali fir-rigward ta' smiegh xieraq.

Fi proceduri ghal estradizzjoni mhux il-kompitu tal-Qrati Maltin li jidhlu fil-meritu biex jaraw jekk tali akkuza hix gustifikata jew le. Meta Qorti ma taccettax l-argumenti tad-difiza jew tal-parti, anke ghaliex ma jkunux jifformaw parti, jew mhux relevanti ghal dik l-azzjoni li l-Qorti jkollha quddiemha, dan certament m'ghandhux jiftiehem li l-Qortib'xi mod tkun naqset milli taghti smiegh xieraq lill-parti li l-argumentazzjoni taghha tkun giet rigettata. Jibqa` pero` principju fondamentali li d-decizjoni tal-Qorti trid tkun ben motivata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info