Referenza: 453/2013

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/03/2017
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CALLEJA GIUSEPPE
ECLI
ECLI:MT:AKI:2017:105244
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KWERELA, NECESSITA` TA`
Fil-Qosor
Illi dan kien kaz dwar korruzzjoni ta' minorenni fejn biex jittiehed procediment ghad-delitt kontemplat fl-artikolu 203A tal-Kodici Kriminali tinhtieg il-kwerela tal-parti offiza. Dan hu hekk peress illi l-artikolu 203A jipprovdi li d-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 203(2) u (3) jghoddu, mutatis mutandis, ghal delitt taht l-imsemmi artikolu 203A. U l-artikolu 203(3) jipprovdi ghall-htiega tal-kwerela.
Izda f'dan il-kaz f'ebda stadju ma giet prezentata xi kwerela f'forma ta' dokument - la daparti tal-minuri u lanqas da parti tal-genituri taghha jew ta' xi hadd iehor kif provvdut fl-Artikolu 542 tal-Kodici Kriminali. Dan il-fatt per se, pero`, ma jfissirx li ma kienx hemm kwerela - galadarba l-kaz beda quddiem il-Qorti Istruttorja kien applikabbli s-subartikolu (5) ta' l-artikolu 390 tal-Kap 9 li jipprovdi li “jekk matul il-kumpilazzjoni l-imputat ma jitlobx u l-qorti ex officio ma tordnax il-prova tal-kwerela, din il-kwerela titqies li saret skond il-ligi”. Dan ma sarx u allura il-proceduri kienu validi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni