Reference: 296/1991/3

Judgement Details


Date
27/04/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
PORTELLI PAUL vs AGIUS RONALD
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, NECESSITA` TA` TALBA GHAT-THASSIR TAS-SENTENZA IMPUNJATA - RITRATTAZZJONI, STADJI TA` - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCINDENTE - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCISSORIO
Summary
Hu ormai aktar minn stabbilit fil-gurisprudenza illi l-procedura ta' ritrattazzjoni timporta zewg stadji, dik in rescissorio u dik in rescindente, li wkoll stabbilit fil-gurisprudenza illi r-rikors ghal smiegh mill-gdid tal-kawza jkun irritwali u null jekk ma jkunx jikkontjeni fih talba espressa ghat-thassir tas-sentenza li taghha tintalab ritrattazzjoni. Dan hu facilment dezunt mill-artikolu 811tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili li jezigi illi kawza, deciza b'sentenza moghtija fi grad ta' appell, tista' tigi ritrattata "wara li qabel xejn tigi mhassra dik is-sentenza", kif ukoll mill-artikolu 820 (1) tal-istess Kodici li jipprovdi illi meta t-talba tar-ritrattazzjoni tigi milqugha bit-thassir tas-sentenza attakkata, l-kawza tigi mismugha mill-gdid fil-mertu. Ma kienx konsentit lill-Qorti illi tghaddi biex tqis il-mertu qabel ma jkun hemm decizjoni fuq talba lilha maghmula mill-parti biex thassar is-sentenza impunjata.

Dan ir-rekwizit procedurali ma kienx wiehedsempliciment formali imma kien tas-sustanza tal-azzjoni proposta. Kien allura difett li ma setax jigi sanat mill-Qorti u kien inevitabbilment iwassal ghall-irritwalita' tal-process. F'dan ir-rigwardil-gurisprudenza hi wahda kostanti, univoka u ben nota.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info