Reference: 99/1998/1

Judgement Details


Date
31/05/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
ARRIGO NOEL V., CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
ZAMMIT RICHARD vs CHAIRMAN TA' L-AWTORITA' TA' L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, AWTORITA` TAL-IPPJANAR
Summary
Il-gurisdizzjoni tal-Qrati ordinarji li jinbarkaw fuq "judicial review" ta' ghemil amministrattiv taht l-Artikolu 469A tal-Kap. 12 ta' kwalunkwe awtorita' amministrattiva, fosthom ta' l-Awtorita' ta'l-Ippjanar, tinsab effettivament limitata ghall-kazijiet fejn ma jkunx ipprovdut b'xi ligi partikolari mod iehor ta' kontestazzjoni jew mod iehor li bis-sahha tieghu jkun possibbli l-ksib ta' rimedjueffettiv quddiem xi Tribunal specjali li l-istess ligi jew Qorti tkun hasbet ghalih.

L-Att dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp holoq makkinarju u proceduri ad hoc biex wiehed ikun jista' appozitamentjikkontesta xi decizjoni u/jew xi ghemil amministrattiv ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li bihom wiehed seta' hassu aggravat.

Ma hemm xejn li jzomm il-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar meta jkun qieghed jirrevedi xi decizjoni tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar li japplika l-principji kontenuti fl-Artikolu 469A tal-Kap. 12 u li jara li l-istess Awtorita' tkun agixxiet intra vires, li hija tkun segwiet il-principji tal-gustizzja naturali, li hija tkun osservat il-htigijiet procedurali mandatorji imposti mil-ligi, u li hija ma tkunx abbuzat mis-setghat li l-ligi kkonferiet fuqha, billi, per ezempju, hadet id-decizjoni ghall-ghanijiet mhux xierqa jew ibbazat l-istess decizjoni fuq konsiderazzjonijiet li ma kienux rilevanti ghall-kaz.

Jekk jirrizulta li l-Bord, fid-decizjoni tieghu jew fis-smiegh tal-appell ma jkunx osserva dawk in-nozzjonijiet xorta wahda l-Qrati ordinarji jibqaghlhomil-gurisdizzjoni li jistharrgu gudizzjarjament l-ghemil ta' dak il-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanarfit-termini tal-artikolu 469A tal-Kap. 12. Fi kliem iehor, l-ghemil u/jew id-decizjonijiet tal-Bordimsemmi, fil-kazijiet kongruwi, jistghu jkunu soggetti ghal "judicial review".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info