Referenza: 1200/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/05/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
ARRIGO NOEL V., FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
MICALLEF ONOR ALFRED SIVE FREDDIE vs CAMILLERI VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, BILANC BEJN LIBERTA` TA` ESPRESSJONI U DRITTIJIET TAL-PRIVAT - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELL, FAIR COMMENT - LIBELL, KORRETTEZZA TAL-FATTI - LIBELL, LIBELL FAMUZ - LIBELL, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI
Fil-Qosor
F'dawn l-ahhar snin gie registrat zvilupp sinjifikanti hafna f'dak li huwa twessigh tad-dritt ta' l-espressjoni fid-dawl ukoll tal-Kostituzzjoni u tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem,u kif dawn gew interpretati fil-gurisprudenza nostrana u dik li evolviet mill-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Madankollu f'dan l-izvilupp essenzjali l-istampa ma nghatat ebda passaport ta' immunita' billi tibqa' dejjem il-htiega li jinzamm sens ta' proporzjoni bejn il-liberta' ta'espressjoni u c-censura tal-malafama. Dejjem jehtieg li jinzamm bilanc bejn il-bzonn li f'socjeta'demokrattiva jithalla spazju sufficjenti ghal-liberta' li wiehed jikkritika u li jsemmi l-opinjoniu l-gudizzju tieghu, ma l-bzonn l-iehor, xejn anqas mehtieg, tad-difiza tar-reputazzjoni, unur u l-isem tajjeb li kull persuna f'socjeta' demokratika ghandha kull dritt li tgawdi.

Kitba mibnijafuq nofs veritajiet tista' facilment twassal ghall-malafama, aktar u aktar meta dan ikun sar intenzjonalment. L-ebda "fair comment" ma jista' tabilhaqq jitqies li hu gust meta jigi msejjes fuq fatti, li ghalkemm ikun in parte veritjeri, ikunu fl-istess waqt inkompleti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni