Reference: 193/2001/1

Judgement Details


Date
06/06/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA (SPT ALEX.MIRUZZI) vs BELLIZZI JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KACCA, DRITT TA` APPELL TA` L-AVUKAT GENERALI - KACCA, GARR TA` ARMI TAN-NAR FUQ IL-BAHAR
Summary
Ir-Regolament 25 (5) tar-Regolamenti Dwar il-Kacca jiddisponi li minkejja d-dispozizzjonijiet tal-Kodici Kriminali, l-Avukat Generali jkollu dejjem jedd li jaghmel appell quddiem il-Qorti ta' l-Appell Kriminali minn kull decizjoni moghtija mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) jew mill-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) dwar procedimenti rigward reat bi ksur ta' dawn ir-regolamenti. Dan ifisser li l-Avukat Generali jista' anki jappella fuq kwistjoni ta' apprezzament tal-fatti mill-ewwel Qorti u mhux limitat l-ezercizzju tad-dritt tal-appell tieghu ghal kwistjoni ta' interpretazzjoni zbaljata tal-ligi mill-ewwel Qorti.

Hemm projbizzjoni assoluta li wiehed igorr arma tan-nar fuq il-bahar waqt il-"closed Season" tal-kacca fuq il-bahar, hlief jekk ikun qed jivvjaggja bil-bahar bejn Malta u Ghawdex u dana biss fuq trasport pubbliku. Mela din il-projbizzjoni assoluta ma tigix dilwitajew newtralizzata bic-cirkostanza li arma tkun fil-cover jew skargata. Tali cirkostanza seta' jkollha rilevanza kieku iz-zmien kien barra mill-"closed season".

Ir-Regolament numru 6 johloq prezuzjoni "juris tantum".kontra kull persuna li fil-"closed season" tinstab fuq il-bahar iggorr arma u munizzjoni tal-kacca, pero`, sakemm ma jigix pruvat il-kuntrarju. Issa meta irrizulta li ma instemghu ebda tiri mill-ufficjali tal-Pulizija u li meta dawn resqu fuq l-appellat sabu is-sentergol-cover tieghu u skargat u li dan uriehom li kien fil-fatt qed jistad tant li kellu pixxispad mejjet fil-luzzu, l-ewwel Qorti kellha kull dritt taccetta l-ispjegazzjoni tal-appellat li hu ma kienx qed igorr is-senter ghall-fini ta' kacca izda bhala prekawzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info