Referenza: Volum 32D (1946), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 432

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/10/1946
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
NOBBLI VINCENZO DE' MARCHESI TESTAFERRATA DE' NOTO vs ALFREDO CACHIA ZAMMIT NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
INTERPRETAZZJONI - KONKORS - LIBELL - PRIMOGENITURA FONDATA MIN-NOBBLI KANONKU SACERDOT DON GIUSEPPE GIACOMO TESTAFERRATA - PROCEDURA
Fil-Qosor
Meta f'kawza dwar primogenitura ma tigix segwita l-procedura specjali kontemplata mill-ligi f'tema ta; konkors fuq il-primogenitura imma l-procedura generali, il-Qorti jekk tasal ghall-konkluzjoni lil-libellant jirrivesti r-rekwiziti mehtiega biex jintiolawh ghall-primogenitura in kwistjoni, ghandha tara anki jekk huwiex hekk intitolat ad eskluzjoni ta' hadd iehor (jekk ikun hemm il-kontraditturlegittimu u t-termini tad-domanda jkunu jippermettu), sabiex taghmel id-dikjarazzjoni illi l-primogeitura, allura ghandha tieqaf hemm, bla ma tippronunzja ruhha dwar min hu intitolat ghall-primogenitura. Ghax kull decizjoni simili tkun tohrog barra mit-termini processwali. Mill-kliem tal-fondazzjoni tal-primogenitura mwaqqfa min-Nobbli Kanoniku Sacerdot Don Giuseppe Giacomo Testaferrata, jidhercar illi dik il-primogenitura hija maskolia u anjatika; maskolina ghax hemm imsejhin il-maski biss;anjatika, ghaliex huma msejha biss wara li tkun estinta d-dixxendenza maskolina anjafika msemmija fl-istess fondazzjoni. Il-Volonta' tal-fundatur tipprevali ghar-regola fissa u immutabili, f'materjata' primogenituri veri u regolari illi s-successjoni primogenjali ghandha tkun diretta l-ewwel mill-linja, imbaghad mill-grad, wara mis-sess, u fl-ahhar mill-eta'. U la darba din il-primogenitura hija maskolina u anjatika, u mhux maskolina biss, hemm bzonn illi s-successuri jkunu maski anjatici, b'mod li l-maski minn femmina huma eskluzi sakemm ma tkunx estinta d-dixxendenza maskolina anjatika kollha tal-persuna desinjata mill-fundatur. Fil-kaz prezenti, gie ritenut li l-attur ma setax jippretendi li jissucciedi ghal dina l-priogenitura, ghaliex huwa dixxendenti "ezfoemina", filwaqt li ghadhom jezistu maski anjat dixxendenti mhux mill-prmogenitu, izda minn ultrageniti, ta' dik il-persuna.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni