Reference: Volume 77 (1993), Part No. 2, Section 2, Page 55

Judgement Details


Date
04/03/1993
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
CAMILLERI JOSEPH D., AGIUS CARMEL A., MIFSUD BONNICI GIUSEPPE
Parties
NOBBLI MARIO GALEA TESTAFERRATA NOE vs MARIA ARMLA TAÇ JOHN BORG ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
EZEKUZZJONI - MANDAT - MANDAT TA` SEKWESTRU - TITOLU ESEKUTTIV
Summary
L-atturi fittxew sabiex jattakkaw Mandat ta` Sekwestru mahrug kontra taghhom ghal arretrati ta` censghaliex ippretendew illi parti mic-cens dovut kien ta` rati dovuti aktar minn tliet snin qabel ma hareg il-mandat u barra minn dan il-kreditu rreklamant kien preskritt ghaliex ghaddew aktar minn hames snin minn meta kien allegatament dovut. L-ewwel Qorti wara li cahdet eccezzjoni preliminari ta` nullita` ta` Citazzjoni laqghet l-eccezzjoni li kienu ghaddew aktar minn tliet snin minn meta seta 1.jigi esegwit il-kreditu. Il-Qorti ta` l-Appell osservat illi t-tliet snin li jsemmi l-artikolu 258 tal-Kap. 12 huwa terminu ta` dekadenza u mhux ta` preskrizzjoni ghaliex l-effikacja ta` titlou esekuttiv tispicca wara li jghaddu tliet snin u biex dak it-titlolu esekuttiv jerga` jiehu effikacja, jista` jigi rinnovat biss bil-Ministeru tal-Qorti wara citazzjoni. Il-frazi "seta" jigi esegwit tirriferixxi ghat-titolu li seta` jigi esegwit, jigifieri meta t-titlolu tal-kreditur jakkwista l-potenzjalita` ta` esekuzzjoni. Il-Qorti ta` l-Appell irriteniet illi l-interpretazzjoni ta` l-ewwel Qortirriduciet it-terminu ta` tliet snin ghal terminu li fih ghandha tintbaghat l-ittra ufficjali, fil-kaz ta` esekuzzjoni ta` xi titiolu li m'huwiex gej minn sentenza jew digriet, u l-eskuzzjoni attwaliwara dik l-ittra ufficcjali tigi li ssir wara li jghaddu tliet snin minn mindu l-kreditur seta` jesegwixxi imma ma esegwiex. Giet konsegwentement ikkonfernata s-sentenza ta` l-ewwel Qorti in kwantu cahdet l-eccezzjoni tan-nullita` u rrevokat in kwantu akkoljiet l-eccezzjoni illi, almenu in parte, il-mandat kien ritwalment korrett ghal dik il-parti tal-krediti tal-konvenuti li kien ilhom aktar minn tliet snin jifformaw parti mit-titolu esekuttiv li kellhom il-konvenuti. L-atti gew rimessi luralill--ewwel Qorti ghall-kontinwazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info