Reference: Volume 77 (1993), Part No. 2, Section 2, Page 142

Judgement Details


Date
29/04/1993
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Parties
KONKORS TA' KREDITURI - NUMRI 1/1984 TA' ANTHONY DEBONO BHALA SEGRETARJU U DIRETTU GHAN-NOM U IN RAPPRESENTENZA TAS-SOCJETA' "THE KURSAAL COMPANY LIMITED" vs NIL
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
BANK - IPOTEKA - KONKORS - KONKORS TA' KREDITURI - KONT KURRENTI - KREDITU - PRATTIKA BANKARJA - SELF - UZU - UZU BANKARJU - UZU KUMMERCJALI
Summary
L-Appell sar fl-atti tal-Konkors tal-Kredituri tas-socjeta' The Kursaal Companu Limited. Il-punt liried jigi deciz kien dwar ammont li kien maghmul minn imghax minn overdraft accounts li l-Bank Appellant kien ikkonceda lid-debitrici Kursaal. L-ewwel Qorti rriteniet illi skond il-gurisprudenza l-imghaxijiet li joriginaw minn kont kurrent, la darba jkunu kapitalizzati skond kif trid il-ligi, dawnjitilfu n-natura taghhom ta' imghax u jikkostitwixxu kapital iehor gdid. Il-konsegwenza kienet illi l-ipoteka li kienet tiggarantixxi d-debitu tal-kont kurrent ghas-somma prestabblita ma kinitx testendi ghal kwalsiasi somma addizzjonali aktar minn dik: kwalunkwe somma bhal dik ma tkunx supplementari ghaliha bhal ma jkunx garantit mill-ipoteka ghal dik il-parti s-somma totali li teccedi l-massimukkontemplat konvenzjonalment meta giet ikkostitwita l-ipoteka. Dan naturalment huwa rilevanti fil-gradazzjoni tal-konkorrenti. Il-Qorti ta' l-Appell affermat dak li kienet stabbiliet l-ewwel Qortibil-korrettiv pero' illi l-kapitalizzazzjoni ma tistax issir aktar minn darba f'sena, ghaliex l-uzukummercjali ma jistax jidderoga ghar-regola fundamentali li teskludi l-anatocizmu - ghaliex altrimenti l-kapitalizzazzjoni aktar frekwenti tkun qieghed prattikament tikkonkretizza l-qligh ta' interessi uq interessi qabel ma dawn jigu verament kapitalizzati skond il-ligi, inkluz l-uzu kummercjali bankarju. Il-kapitalizzazzjoni bejn bank u klijent issir annwalment minghajr il-htiega ta' interpellazzjoni gudizzjarja jekk kemm-il darba l-korrent kurrent ikun jiddekorri bejn il-bank u negozjant - proprja in forza ta' uzu kummercjali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info