Referenza: Volum 70 (1986), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 179

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/04/1986
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING HUGH, AGIUS CARMEL A., SCHEMBRI CARMELO
Partijiet
GEORGINA VELLA XEBBA vs EMANUEL CARUANA U B'DIGRIET TAS-16 TA` OTTUBRU 1981, GIE KKJAMAT FIL-KAWZA JOSEPH VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"LUCRUM CESSANS" - DANNI - KONTRO-TALBA KONTRA KJAMAT FIL-KAWZA
Fil-Qosor
L-art. 1088 tal-Kodici Civili li jikkontempla d-danni li ghandhom jithallsu, jinkludi inter alia t-telf ta` qligh futur u minhabba inkapacita` permanenti, totali jew parzjali, u jiddisponi wkoll i s-somma li ghandha tigi moghtija ghandha tkun stabbilita mill-Qorti wara li tqis ic-cirkostanzi tal-kaz, fuq kollox ix-xorta u grad ta` inkapcita` kkagunata u l-kondizzjoni tal-parti li tbati l-hsara. Fil-kaz prezenti jirrizulta mir-relazzjoni ta` l-espert mediku li hemm possibilita` - li mhux ghal kollox inevitabbli - li l-attrici tkun soggetta aktar minn haddiehor ghall-osteoartrite u li mhux possibli wiehed jiggudika kemm sejjer ikun serju dan il-process ta` osteoartrite. Jidher ghalhekk lil -konkluzjoni ta` l-espert mediku ta` 10% dizabilita` hija bbazata fuq semplici ipotesijiet li jistghujew ma jistghux javveraw ruhhom u l-ebda Qorti ma tista` takkorda danni fuq semplici ipotesijiet.Min-naha l-ohra pero` ma jistax jigi eskluz li l-attrici f'xi zmien futur issofri minn osteoartriteli ma kinitx minnha kieku ma kienx ghall-incident prezenti jew li ssofri minn osteoartrite fi grad akbar milli kienet issofri minnha kieku ma kienx ghall-incident. , ghalhekk huwa opportun li f'dan il-kaz il-Qorti taghmel ir-riserva favur l-attici ta` kull azzjoni futura, kif ghamlet f'kawzi ohra l-Qorti Civili. Minn ezami tad-disposizzjonijiet relattivi ghar-rikonvenzjoni (art. 396 et seq.) jidher car illi l-kontro-talba tal-konvenut tista` ssir biss kontra lettur u kwindi l-kontro-talba f'dinil-kawza tal-konvenut inkwantu maghmula kontra Joseph Vella (li lanqas biss kien fil-kawza meta saret il-kontrotalba u li gie kkjamat fil-kawza wara) hija nulla - nullita` dina li l-Qorti tista` u anzi ghandha tissolleva ex ufficio billi tirrigwarda materja ta` procedura u ordni pubbliku.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni