Referenza: Volum 29H (1935), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 743

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/11/1935
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
GIORGIO PULO vs SALVATORE FALZON
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ALIMENTI SOMMINISTRATI LIL OMM IL MARA - ART. 1016, 1017,1031 - ART.92 TA' L-ORD 1 TA' L-1873 - ATT TAT-TWELID - AZZJONI JEW ECCEZZJONI - FILJAZZJONI LEGITTIMA - IMPUNJAZZJONI TA' KITBA TAZ-ZWIEG - KIF TISTA' TIGI KOMBATTUTA - L-ORD VII TA' L-1868 - PREZUNZJONI LEGALI TAR-RICEVIMENT TAD-DOTA MILL-PARTI TAR-RAGEL - RESPONSABBILITA' TAL-MARA GHALL-PERDITI SOCJALI - SPEJJEZ TA' L-AHHAR MARDA
Fil-Qosor
Il-filjazzjoni tal-proli legittima tigi pruvata bl-att tat-twelid inskritt fir-Registru Publiku, u fin-nuqqas ta' sentenza kuntrarja, dak l-att huwa prova bizzejjed tal-legittimita' minghajr ma hija mehtiega l-prova tal-'possess di stato'. L-impunjazzjoni ta' kitba taz-zwieg f'kawza ta' likwidazzjoni u divizjoni tista' ssir anki b'eccessjoni; ghaliex f'kawzi simili l-kontendenti huma kollha atturi u konvenuti fl-istess hin, u ghalhekk l-eccezzjoni opposta mill-konvenut issir azzjoni jekk huwajigi kunsidrat bhala attur. Jekk iz-zwieg ikun dam ghaxar snin wara l-iskadenza tat-terminu tal-pagament tad-dota, hemm lok ghall-prezunzjoni li d-dota giet effettivament ricevuta mir-ragell, jekk dana ma jippruvax illi ghamel id-diligenzi kollha biex jipprokura l-pagament, jew jekk in-nuqqas tal-pagament ma jirrizultax minn provi ohra. L-ispejjez ta' l-ahhar marda, jiggravaw fuq l-assi tal-konjugi l-mejjet meta jkunu gew zburzati mill-konjugi superstiti wara l-mewt; jekk thallsu fil-kors tal-marda, jiggravaw fuq il-benakkwisti. Alimenti somministrati minn mara mizzewga lill-ommha jiggravaw fuq l-akkwisti jekk thallsu biex tigi eritata kundanna possibili ghall-alimenti kontra l-mara, u sussidjarjament kontra zewgha. Il-mara ma tirrispondix ghall-perditi socjali oltri fin-nofs taghha ta' l-akkwisti. L-ispejjezta' kawza ta' likwidazzjoni ghandhom jigu sopportati mill-kontendenti fil-proporzjon tal-komparticipazzjoni taghhom fl-assijiet likwidati, anki jekk il-likwidazzjoni taghti ezitu negattiv.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni