Reference: Volume 68 (1984), Part No. 2, Section , Page 316

Judgement Details


Date
28/06/1984
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
SCHEMBRI CARMELO, HARDING HUGH, AGIUS CARMEL A.
Parties
ANTHONY DEBONO BHALA SEGRETARJU GHAN-NOM U IN RAPPREZENTANZA TAS-SOCJETA' KUMMERCJALI THE KURSAAL COMPANY LIMITED vs AVUKAT DOTTOR GRAZIO MERCIECA LL.D., GHAN-NOM U IN RAPPREZENTANZA TAL-BANK OF VALLETTA LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLI 252, 253 U 305 TAL-KODICI TA' PROCEDURA CIVILI - ATT IV TA' L-1984 - DRAGONARA PALACE - GOING CONCERN - IMMOBBLI - KURSAAL - MOBBLI - SUBBASTA - SUBBASTA TA' - TITOLU ESEKUTTIV
Summary
Proceduri in konnessjoni mal-bejgh in subbasta ta' Dragonara Palace, San Giljan. Dawn il-proceduritwieldu minn atti ta' subbasta promossi mill-Bank. Fil-kors tas-sentenza kemm ta' l-Ewwel Qorti kifukoll tal-Qorti ta' l-Appell hargu diversi punti ta' dritt li qed jigu ssenjalati. L-attur ippremetta ill-t-talba tal-kreditur ma kinitx talba ghal bejgh ta' beni immobbiljari imma bejgh ta' azjendabhala going concern, u fil-fatt ma kien hemm ebda lista dettaljata ta''l-oggetti mobbli inkluzi; inoltre ippremetta l-attur, dawn l-oggetti qatt ma gew elevati u ghalhekk il-procedura tal-bejgh tal-mobbli a tenur ta' l-artikoli tal-Kodici ta' Procedura Civili ma gietx segwita. L-Ewwel Qorti irriteniet illi l-azjenda kummercjali f'Malta ghad li ma rcevietx rikonoxximent kummercjali legislattiv, pero' rceviet rikonoxximent definittiv fl-uzu mobbli kummercjali Malti u anke fil-gurisprudenza nostrali u ghamlet referenza ghal gurisprudenza diversa. Il-Qorti tal-Kummerc ghalhekk stabbiliet illi dak li kien qed jinbigh kien "azjenda kummercjali" li kellha tigi kkunsidrata bhala haga mobbli u ried jigi stabbilit jekk azjenda setghetx tinbigh permezz ta' subbasta. L-Ewwel Qorti, wara li stabbiliet illi l-haga in subbasta kienet ta' natura mobiljari, ezaminat il-punt jekk il-procedura uzata mill-konvenut kinitx opportuna. Iccitat b'approvazzjoni l-gurisprudenza fis-sens illi qabel ma jinbdew proceduri ta' subbasta ta' mobbli dawn iridu jkunu elevati minghand id-debitur. Il-Qorti tal-Kummerc ikkonkludiet illi, minn ezami tal-gurisprudenza li saret referenza ghaliha jidher illi hija kostanti dwar il-punt li l-mandat ta' elevazzjoni esekuttiv huwa l-ewwel att ta' esekuzzjoni fil-processtas-subbasta mobbli. Il-Qorti kkunsidrat ukoll l-effett ta' l-emenda introdotta permezz ta' l-AttIV ta' l-1984 li permezz taghha gie stabbilit illi "meta l-beni jkunu uzati jew mahsuba li jigu uzati bhala lukanda. Kursaal jew fabbrika, ma ssir ebda stima qabel il-bejgh fl-irkant ta' dawk il-beniimmobbli ta' kull artijiet, bini jew amenitajiet, konnessi jew komplimentari ghalihom, ghal kolloxjew f'parti, jew tal-jeddijiet imghaqqdin ma' dawn il-beni jew ta' l-ghamara u oggetti mobbli, impjant, makkinarju u taghmir iehor li jghammru jew iservu ghall-uzu ta' xi beni bhal dawn". Il-Qorti tal-Kummerc irriteniet illi l-emendi kkontemplati fl-Att IV ta' l-1984 ma effettwaw xejn il-posizzjonilegali dwar l-artikoli 345 u 348 tal-Kodici Civili u kien gie stabbilit illi l-haga li l-konvenut nomine kien qed jitlob il-bejgh taghha kienet "l-azjenda kummercjali". Gie ukoll stabbilit illi l-mandat ta' qbid esekuttiv huwa l-ewwel att ta' esekuzzjoni fil-process ta' subbasta ta' mobbli. Mill-atti deher illi l-procedura adoperata ghall-bejgh kienet dik relattiva ghall-immobbli. Ghalhekk il-Qorti tal-Kummerc waslet ghall-konkluzjoni illi t-talba ghas-subbasta kif ifformulata mill-konvenutma setghetx tintlaqa'. Il-Qorti ta' l-Appell irriteniet illi fi kliem l-artikoli rilevanti kif emendat bl-Att IV ta' l-1984 u indikati supra, ma kienx hemm htiega ta' stima u li l-Qorti kellha tordnal-bejgh tal-beni kollha, beni mobbli u immobbli u dak il-bejgh ikun immexxi biss skond id-disposizzjonijiet tal-Kodici ta' Procedura dwar il-bejgh fl-irkant ta' beni immobbli daqslikieku dawk il-benikienu jikkonsistu esklussivament minn beni immobbli wiehed u indivisibbli u meta l-beni immobbli jkunu jikkonsistu f'art, (316) bini u amenitajiet ohra li jkunu kontigwi, il-Qorti ma tistax tillimital-bejgh ghal xi parti jew partijiet minnhom. Inoltre, dawn il-beni mobbli setghu jinbieghu minkejja li mandat ta' qbid ma giex esegwit fuqhom u ma kienx mehtieg li fit-talba biex jigi ordnat il-bejgh fl-irkant jigu msemmija dawn il-beni mobbli. Irrizulta ukoll illi wara li kien gie kkanonizzat kreditur, l-appellat konvenut nomine ottjena a bazi ta' titolu esekuttiv il-bejgh in subbasta ta' l-utili dominju tal-proprjeta' in kwistjoni. Il-Qorti ta' l-Appell ghalhekk irrevokat is-sentenza ta' l-Ewwel Qorti u cahdet it-talbiet ta' l-attur nomine.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info