Reference: Volume 68 (1984), Part No. 5, Section , Page 374

Judgement Details


Date
15/06/1984
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING HUGH
Parties
IL-PULIZIJA vs ANTHONY GRECH SANT, VICTOR BRUNO OLIVIER U SPIRIDIONE SIVE DIONE FARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DRITT TA' APPELL TA' L-AVUKAT GENERALI - ORDINANZA TAD-DWANA - PRESKRIZZJONI - PROVA INDISPENSABBLI - TIBDIL B'QERQ F'ATTI MAGHMUL MINN UFFICJAL PUBBLIKU
Summary
L-artikolu 425 (1) (b) (vi) tal-Kodici Kriminali (illum 413 (1) (b) (vi) japplika ghall-kaz li l-Qorti tkun erronjament ma ammettietx prova tal-Pulizija indispensabbli biex isahhah l-akkuza, tant jekkil-Qorti tkun cahdet il-prova b'decizjoni preliminari kemm jekk cahditha fl-istess decizjoni finali. F'din l-eventwalita' r-rigett tal-prova jkun jinvolvi punt ta' dritt u ammontanti ghall applikazzjoni erronea ta' regoli li jiddixxiplinaw l-ammissibilita' tal-provi fi process krminali u allural-ligi tikkoncedi appell lill-Attorney General. L-artikolu 63 (1) ta' l-Ordinanza tad-Dwana (illum65 (1)) juri li jekk hemm disposizzjoni specjali dwar il-preskrizzjoni fl-Ordinanza allura hija dinad-dispozizzjoni li ghandha tapplika. Issa l-artikolu 72 (2) ta' l-istess Ordinanza (illum 76 (2))jipprovdi espressament li kull procediment that din l-Ordinanza ghandu jinbeda fi zmien sena minn dak in-nhar li jsir ir-reat. Kieku l-legislatur ried jaghmel xi eccezzjoni ghal din ir-regola, perezempju l-kaz ta'a l-hati ma jkunx maghruf (vide artikolu 687 tal-Kodici Kriminali - illum 692), dana kien jghidu espresament. Mhux lecitu specjalment f'materja kriminali, fejn si tratta tal-liberta' tac-cittadin, li l-Qorti tipprezumi li hemm fil-ligi eccezzjonijiet ghar-regoli minnha stabbilitimeta l-ligi stess ma ssemihiex. Il-ligi kienet presumibbilment issemmihom dawn l-eccezzjonijiet kieku ridithom. Jista' jizdied ukoll li l-kelma "ghandu" ("shall" fit-test Ingliz) fl-artikolu 72 (2)jaghmilha obbligatorja li kull procediment that l-Ordinanza tad-Dwana jinbeda fi zmien sena minn dakin-nhar li jsir ir-reat. Minn ezami ta' l-artikolu 188 tal-Kodici Kriminali (illum 180), jidher car li mhux bizejjed li l-prosekuzzjoni tipprova li l-akkuzat iddikjara bhala veri fattijiet foloz jew bhala fattijiet maghrufa dawk li ma jkunux. Imma jehtieg li tipprova li dan ikun sar fil-kliem tal-ligi "bil-qerq" (fraudulently" fit-test Ingliz), kliem dawn ta' min jinnota li ma jirrikorrux fid-disposizzjonijiet l-ohra tal-ligi that l-istess subtitolu, cjoe' that is-subtitolu "Fuq il-Falsifikazzjoni ta' Skritturi Ohra Pubblici jew Privati".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info