Reference: Volume 42E (1958), Part No. 4, Section , Page 1493

Judgement Details


Date
09/08/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
FLORES JOSEPH
Parties
GIOVANNA MIFSUD vs P.C. LUCCARDO SIVE RICHARD VELLA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 389(2) U 251 TAL-KODICI KRIMINALI - DENUNCJA - KWERELA - OFFIZA PERSONALI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Summary
F'kawza ad istanza privata dwar offiza fuq il-persuna, avvolja l-imputazzjoni originarja u l-kwerelakienu dwar reat fejn l-ezercizzju tal-azzjoni kriminali jappartjeni lill-parti offiza, jekk jirrizulta fil-fatt li kien kaz ta' reat persegwibbli "ex officio", il-Magistrat jista' jsib l-imputat hatitar-reat persegwibbli "ex officio" fuq dik l-istess krerela u imputazzjoni. F'dan il-kaz, il-kwerela maghmula ghall-imputazzjoni originarja sservi ta' denuncja ghar-reat li jirrizulta. Verament, il-ligi ma tipprovdix ghal kwistjoni simili; izda ma kienetx necessarja dispozizzjoni specjali ghal hekk, minhabba fil-principji li jirregolaw l-inkriminazzjoni quddiem il-Qrati Inferjuri ta' GudikaturaKriminali u n-natura stess tal-azzjoni penali. Jekk il-kwerelat jappella mis-sentenza li ssibu hati u tikkundannah, u tikkundannah anki jhallas l-ispejjez tal-kawza, il-pozizzjoni guridika hija din.Meta l-Ewwel Qorti sabet lill-kwerelat hati ta' reat divers minn dak originarjament dedott kontratieghu, li kien a kwerela, hija implicitament illiberatu min dik l-imputazzjoni; konsegwentement il-Qorti kellha wkoll tiddecidi fuq il-kap tal-ispejjez; imma dak il-kap gie deciz irrevokabbilment, ghax konness mal-imputazzjoni originarja li ma ghadhiex tezisti, u l-imputata ma jistghax jappella minnu izolatament; u l-appell jibqa' cirkoskritt fuq il-fatt li jirrigwarda r-responsabbilita' tal-imputat that id-dispozizzjoni tal-ligi li tahtha nstab hati. Ghal-finijiet ta' dan l-appel, kif inhu minn decizjoni li tirrigwarda reat persegwibbli "ex officio", kien necessarju l-intervent tal-Avukat tal-Kuruna, u dak li kien kwerelant fl-Ewwel Qorti jidher fit-tieni istanza bhala xhud.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info