Referenza: Volum 42E (1958), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1335

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/04/1958
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
ANTHONY MONTANARO ET. vs MICHAEL CHETCUTI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ANIMUS INJURIANDI" - "INNUENDO" - INGURJA - KONPENSAZZJONI - MEETING
Fil-Qosor
Hu pacifikament ricevut illi l-ingurja, minbarra verbali u skritta' tista' tkun anki reali, ossija,kif sejhulha l-guristi tedeski, simbolika. Hu ovvju illi anki trattandosi ta' ingurja reali, bhal fil-kaz tal-ingurja verbali, anzi forsi aktar, wiehed ghandu jindaga l-intenzjoni ta' min jaghmel il-gest li jigi ritenut mill-kwerelant bhala ingurjuz. U dan il-gest ghandu jigi nterpretat u jittiehed li hu dak li jirrizulta mic-cirkustanzi kollha tal-kaz. F'kaz ta' kwerelant li jiehu parti f'meeting publiku, u li jikkwerela ghax f'dak il-meeting il-kwerelat beda jixxejjer u juri karti tal-lira,hemm certament karattru ngurjuz fl-att tal-kwerelat, jekk l-"innuendo" ta' dak l-att ikun illi dawkli tkellmu fil-meeting huma mixtrija jew imhallsa, u kwindi korrotti, ghax ma humiex jesprimu l-opinjonijiet taghhom sincerament, imma ghax imhallsin. Imma jekk jittiehed l-"inuedo" illi min xejjeru wera dawk il-flus ried ifisser li l-kap tal-partiti avversarju ghal min ikun jaghmel il-meeting gieb hafna flus, allura ma hemmx l-"animus injurriandi", u kwindi ma hemmx ngurja. Jekk ma hemmx ingurja minn parti wahda, ma jistghax ikun hemm lok ghal kompensazzjoni ta' ingurji.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni