Referenza: Volum 33A (1947), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 15

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/02/1947
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
MICHELE SCIBERRAS vs AGOSTINO BARTOLO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1484, 1485 U 1487 TAL-KODICI CIVILI (GA 1148, 1149 U 1151 TA' L-ORDINANZA VII TAL-1868) - BEJGH - INTERESSI - IPOTEKARJA - KANCELLAMENT - PREZZ - TERMINU
Fil-Qosor
Ix-xerrej li jissospendi l-hlas tal-prezz ghax jibza' li jigi molestat fil-pussess tal-fond mixtri bl-azzjoni ipotekarja jew bl-azzjoni rivendikatorja, ghandu jhallas l-imghaxijiet fuq dak il-prezz, kemm il-darba ma jaghzelx li jqieghdu l-Qorti, jekk il-haga lilu mibjugha u kunsinnata taghti frottijiet jew utili iehor; u dan anki jekk ma jkunx hemm ftehim dwar hekk bejn il-partijiet. Imma meta bejn il-partijiet ikun hemm certi pattijiet li bihom huma ma jissospendux in-negozju intier, cjoe' l-ezistenza tieghu, izda biss jistabbilixxu zmien meta dan il-prezz ghandu jkun jigi imhallas, allura x-xerrej mhux obligat ihallas dawk l-interessi. Fil-kaz prezenti, il-kumpratur kien zamm f'idejh parti mill-prezz tal-bejgh ta' fond sakemm tithassar inskrizzjoni ipotekarja li kien hemm veljanti kontra l-venditur; u gie deciz li ghaz-zmien bejn il-kuntratt tal-bejgh u l-kancellament ta' l-ipoteka x-xerrej ma kienx obligat ihallas interessi fuq dik il-parti tal-prezz li kienet baqghet f'idejh.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni