Reference: Volume 42E (1958), Part No. 4, Section , Page 1342

Judgement Details


Date
10/05/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs CENSU VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 4 TAL-KODICI KRIMINALI - ART. 40 U 41 TAL-"MALTA CONSTITUTION LETTERS PATENT, 1947" - AZZJONI KRIMINALI - DIMISSJONI TAL-MINISTRI - GVERN - GVERNATUR - NULLITA' - POTER EZEKUTTIV
Summary
L-azzjoni kriminali hija essenzjalment publika, u tmiss lill-Gvern, li jmexxiha fl-isem tal-Maesta'Tiehu r-Re bil-mezz tal-Pulizija Ezekuttiva jew tal-Attorney General, kif ikun il-kaz, skond il-ligi. Verament, l-ispirtu ta' din id-dispozizzjoni tal-ligi kien pjuttost li jigi affermat il-karattrupubliku tal-azzjoni fid-dritt modern u l-"persecutio criminis" bil-mezz ta' ufficjal appozitu kuntrarjament ghall-koncett antik tar-reat privat u tal-prosekutur privat. Imma, stante li l-ligi tghid li l-azzjoni kriminali "tmiss lill-Gvern", ma jistghax jigi negat id-dritt tal-imputat li jipprospetta l-kwistjoni dwar jekk fil-kaz tieghu kienx hemm Gvern u ghalhekk kienx hemm awtorita' kmpetenti biex tipprocedi kriminalment kontra tieghu. Skond il-Kostituzzjoni ta' Malta tal-1947 gie kostitwit Poter Ezekuttiv, ossija Gvern, moghti lill-Ministri; imma jekk dawn jiddimettu u d-dimissjoni taghhhom tigi accettata mill-Gvernatur, ma jistghax jinghad li allura ma hemmx Gvern u li kwindi l-azzjonikriminali mehuda kontra l-imputat hija nulla ghax ma kienx hemm min jezercitaha legalment minhabba li l-Gvernatur ghal xi raguni jew ohra ma jkunx innomina ministri ohra f'lokhom, u ma tkunx giet rikovrata dik il-Kostituzzjoni u ma jkunx inghataw il-provvedimenti mehtiega ghall-kaz. Ghax l-istess Kostituzzjoni tal-1947 tipprovdi illi, ghalkemm l-awtorita' ezekuttiva hija fdata ghal dak li ma hux"reserved matters", lill-Gvernatur lill-Ministri dak il-poter ezekuttiv ma jispicax ghal kollox b'dimissjoni tal-Ministri; imma la ma jkunux gew nominati ministri ohra, ikun hemm rivivixxenza tal-principju generali illi l-Gvernatur huwa rivestit bil-poteri kollha essenzjali biex jitmexxa l-Gvern lokali. Fil-kaz prezenti, jekk seta' kien hemm xi diffikulta' minhabba li skond il-klawsola nru. 11 tal-Instructions lill-Gvernatur tal-5 ta' Settembru 1947, hu kellu jkun gwidat fl-ezercizzju tal-poteri lilu moghtija mill-Kunsill Ezekuttiv ghar-rigward tal-materji li jkunu jidhlu fil-gurisdizzjoni tal-Assemblea Legislattiva, din giet rimossa bil-fatt li l-Maesta' Taghha r-Regina, skond Notifikazzjoni tal-Gvern nru. 269 tal-25 ta' April 1958 tat istruzzjonijiet li dik il-klawsola ma jkollhiex ktareffett.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info