Referenza: Volum 42E (1958), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1227

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/01/1958
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs FRANCIS MANICOLO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT TAT-TWELID - FIDI PARROKKJALI - NUQQAS TA' EZEKUZZJONI - PROROGA - REAT KONTINWAT - SENTENZA - TERMINU - ZBALL FL-ISEM FIS-SENTENZA
Fil-Qosor
Ir-reat ta' min jonqos li jottempera ruhu mal-ligi in ezekuzzjoni ta' sentenza ga moghtija kontra tieghu, taht penali ghal kull gurnata ta' ritard, huwa reat kontinwat; u sakemm hemm in-nuqqas hemm ukoll ir-reat, u hemm lok ghall-imputazzjoni ta' dan ir-reat. Il-koncessjoni ta' proroga mill-Qorti hija fakolta' diskrezzjonali tal-istess Qorti, li mhix sindakabbli hlief bir-rimedju ta' rikors iehorbiex id-digriet precedenti jigi revokat "contrario imperio", jekk dan ir-rikors isir, u jekk, fil-kaz li jsir, il-Qorti timmodifika l-provvediment taghha; jekk dan ma jkunx sar, fl-appell ma jistghaxisir l-ilment illi, ladarba l-Qorti tal-Ewwel Grad akkoljiet l-ewwel domanda ghall-proroga, imisshaakkoljiet anki t-tieni, peress illi fiz-zewg kazi l-kawza tad-domanda ghall-proporga kienet l-istess. Jekk l-imputat ikun gie mharrek ghax ma ottemperax ruhu ma' sentenza precedentement moghtija kontra tieghu, ma jistghax jippretendi li dik is-sentenza ma tirrigwardax lilu ghax fiha kunjomu huwa ndikat differentement minn dak li fil-fatt hu jippretendi li hu, jekk huwa jammetti li hu sid il-postli ghalieh tirriferixxi dik is-sentenza, u jammetti wkoll li dik is-sentenza tirrigwarda lilu. Aktar u aktar dan hu minnu jekk fl-att tat-twelid tieghu, kif ukoll fil-fidi battezimali tieghu, kunjomujidher kif inhu fis-sentenza li hemm kontra tieghu. Dawn iz-zewg atti huma prova ta' kunjomu, ghaliex ir-registri parrokkjali huma wkoll prova; u sakemm hu ma jezercitax b'success azzjoni ghall-korrezzjoni tal-att tat-twelid tieghu, kunjomu ghandu jitqies li hu dak li hemm f'dawk l-atti u fis-sentenza, u mhux dak li hu fit-tieni kawza jippretendi li hu; u kull kontestazzjoni tieghu dwar daqshekkf'dik it-tieni kawza hija inattendibbli.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni