Referenza: Volum 42E (1959), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1457

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/07/1959
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
FLORES JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA vs PATRICK HOLLAND ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 24 (A) TAL-ORDINANZA IV TAL-1945 - INTIMIDAZZJONI - KONDOTTA TAL-IMPUTAT - PIENA
Fil-Qosor
Hu hati ta` intimadazzjoni mhux biss dak li bla haqq u mingharj setgha tal-ligi, bil-hsieb li jgieghel lil persuni ohra ma jaghmlux dak li huma ghandhom id-dritt jaghmlu, ibezzgha jew jintimidixxi lildawk il-persuni, imma anki dak li jakkompanja l-atti ta` min jintimidixxi, u bil-prezenza kostantitieghu ma` dik il-persuna, meta din tkun qeghedha tuza dak il-kliem ta` intimidazzjoni, juri ko-operazzjoni xjenti u immedjata ghall-operat ta` dik il-persuna, sija bhala sostenn morali, sija bhala ko-operazzjoni biex l-intimidazzjoni jkollha l-forza taghha. Il-valutazzjoni tar-responsabbilita` tal-imputat ghandha tigi cirkoskritta bic-cirkustanzi li tahthom gie kommess ir-reat, u ghandha hekk tigi izolata minn kull avveniment fil-pajjiz posterjuri ghall-kommissjoni tar-reat; u l-Qorti ghandhaquddiemha l-kondotta tal-imputat fil-konfronti tal-imputazzjoni, u mhux dik ta` ohrajn fil-konfrontita` fatti ohra. Il-kondotta tal-imputat, fil-mizurazzjoni tal-piena, hija ta` importanza massima;ghax din turi jekk persuna hijiex abitwalment refrattarja ghall-precetti penali, b'mod li jkun hemmnecessita` ta` sanzjoni proporzjonata, jew inkella hix okkazjonalment ribelli ghall-ligi. F'persunata` precedenti tajba l-istess process kriminali, bir-riflessi psikici li jgib mieghu, hu fih inifsudiga forma ta` sanzjoni; u huwa aktar ta` vantagg socjali li din is-sanzjoni morali, meta l-kaz ikun jimmerita, tigi alimentata bl-opportunita` ta` rijabilitazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni