Reference: Volume 42E (1958), Part No. 4, Section , Page 1355

Judgement Details


Date
16/05/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs JOSEPH C. SALIBA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ANIMUS CONSULENDI" - "PEACEFUL PICKETING" - "STRIKE" - "TRADE DISPUTE" - ART. 20, 24, U25 TAL-ORDINANZA IV TAL-1945 - INTIMIDAZZJONI - KARCERAZZJONI PROVVIZORJA
Summary
Il-kelma "intimidation" hi definita mill-istess ligi li tippermetti li "strikes" fuq kwistjonijiet ta' xohol u mpjegi. Hu car illi biex wiehed jiddeciedi jekk dak li ghamel l-imputat jammontax jew leghal intimidazzjoni, ghandu jitqies l-ghemil tieghu anki fil-kwadru tac-cirkustanzi li jkunu qeghdin jizvolgu ruhhom. Altru l l-kliem tal-imputat ikunu ntqalu izolament, u altru li ntqalu fuq l-isfond tal-kwadru li kien qieghed jiddelinea ruhu dak l-mument, skond il-provi tal-process. Ghalhekk il-ligi fuq riferita, anki fil-kaz ta' "trade dispute", ,a taghtix l-immunita' tal-"peaceful picket ng", jekk dan isir f'numru u f'manjiera tali li jintimidixxi. U allura, la jkun hemm atti li jammontaw ghal intimidazzjoni, ma hemmx ghalfejn tigi affrontata l-kwistjoni jekk li "strike" jkunx sar minhabba "trade dispute" jew le. Jekk l-agir u l-atteggjament tal-imputat kienu tali li a setghux hliefigibu f'mohh in-nies minnu ndirizzati dik ir-"reasonable apprehension" ta' hsara lilhom u lill-proprjeta' taghhom li tintegra r-reat ta' intimidazzjoni, hemm appuntu dan ir-reat, u ma jistghax jinghad li hu ma ghamelx hlief "peaceful picketing", u lanqas li hu kellu biss l-intenzjoni ta' perswazjoni pacifika; avvolja kien qieghed jagixxi ta' "strike control officer". Ghax l-immunitajiet ta' dinil-ligi, bhal a hi l-"peaceful picketing", jistghu jigu vokati biss meta si tratta ta' "trade dispute": imma, hemm jew ma hemmx "trade dispute", jista' dejjem jigi kommess ir-reat ta' intimidazzjoni.Il-ligi tiddefinixxi l-intimidazzjoni b'mod tant komprensiv li bl-ebda mod ma tammetti d-distinzjoni jekk il-hsara, fil-kaz li din tkun saret, saretx ghad-dannu tal-persuna supposta intimidata jew ta' persuna ohra; lanqas ma jghodd il-valur tal-hsara li tkun saret; ghax dak li jghodd huwa r-riflessli l-agir tal-imputat li jallega li kien "strike control officer", kien tali li hu ma setghax jakkampa dik l-immunita'. In linea ta' massima, il-Qorti tal-Appell ma tindahalx fid-diskrezzjoni tal-Magistrat fil-latitudni lilu kncessa mill-ligi dwar il-piena ammenokke' l-piena irrogata minnu ma tkunx kontra l-ligi, jew ma tkunx tidher "ictu oculi" manifestament eccessiva jew inikwa;fid-diskrezzjoni taghha, pero' il-Qorti tista' tordna illi fl-espjazzjoni tal-piena minnha nfliitta jigi komputatil- il-perijodu ta' arcerazzjoni provvizorja. Imma jekk dan il-perijodu kien ga gie mnaqqas mill-Magistrat, il-Qorti tal-Appell tista' tnaqqas biss il-perijodu ta' karcerazzjoni provvizorja bejn is-sentnza tal-magistrat u s-sentenza tal-Appell; ghax inkella dak il-perijodu ta' qabel is-sentenza tal-magistrat jigi mnaqqas darbtejn, u dan ikun kontra l-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info