Referenza: Volum 46B (1962), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 274

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/06/1962
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ALFREDO CASCUN vs EMMANUELE CASCUN
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 528, 530 U 531 TAL-KAP. 23 - DIVIZJONI TAD-DGAWDIJA TAL-HAGA KOMUNI - KONSORZJU
Fil-Qosor
Il-konsorti jista' jaghmel uzu mid-drittijiet lilu derivanti minn kwota ndiviza tal-fond komuni avvolja tkun ghadha ma saretx id-divizjoni tal-fond, u ma jistghax jigi prekluz milli jezercita dawk id-drittijiet fuq il-motiv li dik id-divizjoni tkun ghadha ma saretx. Il-konsorti li jkun, anki ghal zmien, ilu jokkupa l-fond komuni, ma jistghax jippretendi li jkun preferut ghall-konsorti l-ohra fid-dgwadija tal-fond, u jippretendi li l-konsorti l-ohra ma jistghux jitolbu li juzaw parti mill-fond billi huwa ilu jokkupah ghal zmien twil. Ghax il-ligi ma taghmelx distinzjoni; u taghti lil kull komproprijetarju d-dritt li jinqeda bil-haga komuni. Ghaldaqstant il-konsorti li jippossjedi kwota ndiviza mill-fond jista' jitlob li parti mill-fond tigi assenjata lilu biex igawdiha hu, u parti ohra tigi assenjata lill-konsorti l-iehor biex igawdiha hu; jigifieri illi l-istanza ghad-divizjoni tad-dgawdija tal-fond hija ammissibbli. Imma jekk din id-divizjoni tkun skonvenjenti jew impratikabbli, jew tinvolvi spejjez sproporzjonati, l-istess istanza ma ghandhiex tigi milqugha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni