Reference: Volume 46B (1962), Part No. 1, Section , Page 208

Judgement Details


Date
27/04/1962
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., GOUDER TANCRED
Parties
VINCENZO CAMILLERI vs CARMELO TABONE NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ASSENZA TAL-INKWILIN MINHABBA MARD - ASSOCJAZZJONI - BORD TAL-KERA - HANUT - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI - SULLOKAZZJONI
Summary
Kwistjoni jekk il-fatti rizultati mill-provi fihomx il-kostituttivi ta' negozju guridiku wiehed jewiehor hi kwistjoni eminentment legali, u dejjem hekk giet trattata mill-Qorti; b'mod illi decizjonital-Bord tal-Kera li tikkontjeni pronunzjament ta' dak il-Bord dwar in-natura guridika tan-negozju ntervenut hija appellabbli. Il-fatt li l-inkwilin ta' fond jinsab assenti minn Malta minhabba mard,anki flimkien ma' martu u ghal zmien twil, ma jeskludix necessarjament illi hu bi hsiebu jerga luramalli jfieq, u ma jtellfux id-dritt tal-lokazzjoni dwar fond li hu mikri lilu minhabba illi fl-assenza tieghu dak il-fond jinzamm maghluq. Trattandosi ta'hanut, ma hemm xejn inkonsistenti bejn l-assenza minn Malta tal-inkwilin ta' dak il-hanut, jew anki nuqqas komplet ta' domicilju tieghu f'dawn il-Gzejjer, u l-kreazzjoni jew kontinwazzjoni ta' lokazzjoni ta' hanut favur tieghu; ghax il-godimenttal-haga oggett tal-lokazzjoni ma jfisserx bilfors id-detenzjoni materjali mill-inkwilin personalment. Il-ligi tipprojbixxi illi l-kerrej, minghajr il-kunsens espress tas-sid, jissulloka l-fond jew icedi l-inkwilinat tieghu, imma ma tipprojbix illi l-kerrej jiggestixxi hanut mikri lilu permezz ta'hadd iehor, jew li jassocja mieghu lil hadd iehor fin-negozju ta' dak il-hanut; u l-fatt li l-inkwilin jinsab imsiefer minhabba mard u l-hanut li ghandu Malta jinsab gestit minn terza persuna bi ftehim ta' assocjazzjoni mieghu, ma jfisserx tabilfors li dak l-inkwilin issulloka l-hanut lil dik it-terza persuna jew cedielha l-inkwilinat tal-hanut. Ma jistghax tigi akkolta t-talba tal-lokatur ghar-ripreza ta' pussess ta' dak il-hanut bazata fuq l-allegata sullokazzjoni jew cessjoni ta' inkwilinat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info