Referenza: Volum 46B (1962), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 403

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/11/1962
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J.
Partijiet
MICHAEL VELLA HABER vs HECTOR BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 359 U 360 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI POSSESSORJA U AZZJONI PETITORJA - BEJT
Fil-Qosor
Azzjoni li biha l-attur jitlob dikjarazzjoni fis-sens illi l-fond imsemmi fic-citazzjoni huwa proprijeta' eskluziva tieghu hija azzjoni petitorja, avvolja fl-istess citazzjoni ssir talba konsegwenzjali biex il-konvenut jigi kundannat jirreintegrah fil-pussess ta' dak il-fond. Mhux ghaliex possessurli ma hux ukoll proprijetarju, jew anki semplici detentur, meta hu molestat fil-pussess jew spoljatmid-detenzjoni, jista' per mezz ta' azzjoni possessorja jitlob li jigi mantnut jew reintegrat fil-pussess jew detenzjoni, "ergo" proprijetarju li jigi molestat jew privat mid-drittijiet tieghu, li jinkludu anki d-dritt molestat jew privat mid-drittijiet tieghu, li jinkludu anki d-dritt ghall-pussess, ma jistghax ukoll jitlob b'azzjoni petitorja, per ezempju ta' rivendikazzjoni li jigi mantnut jew reintegrat fl-ezercizzju ta' dawk id-drittijiet. Kull min jippossjedi fond hu prezunt li jippossjedi ukoll l-arja tieghu kif ukoll is-sottoswol tal-istess fond; u ghalhekk min jakkwista fond ghandufavur tieghu l-prezunzjoni legali li akkwista wkoll l-arja tal-fond u dak kollu li jinsab taht is-superfici tieghu, flimkien mal-accessorji kollha tal-istess fond. Din hi prezunzjoni "juris tantum",u ghalhekk tista' tigi kombatuta bil-prova kuntrarja; imma sakemm din il-prova ma ssirx b'success,il-prezunzjoni tibqa' ssehh; b'mod li min jakkwista xi kmamr ta' fond, huwa prezunt li akkwista wkoll il-bjut ta' dawk il-kmamar. U dan aktar u aktar jekk din il-prova kuntrarja tkun newtralizzata mit-termini tal-kuntratt tal-akkwist u mill-intenzjoni tal-partijiet interessati.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni