Referenza: Volum 42C (1958), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 880

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/1958
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
PAOLO RAPINETT vs EVANGELISTA ELLUL ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI - KOMMUNJONI TAL-AKKWISTI - LIBERAZZJONI "AB OBSERVANTIA" - LOKAZZJONI - MARA - TISWIJIET FIL-FOND MIKRI
Fil-Qosor
Ghad-danni kagunati fil-fond lokatizju huwa responsabbli l-inkwilin jew il-konduttur; li huwa responsabbli ghal dawk id-danni li jkun graw fil-fond bi htija tieghu jew ta' membri tal-familja tieghu.U billi l-lokazzjoni kuntratta fil-kors taz-zwieg issir favur ir-ragel, huwa kontra tieghu biss li ghandha tigi diretta l-azzjoni ghal dawn id-danni, u mhux ga kontra l-mara wkoll. Ghaldaqstant, jekkil-lokatur jagixxi wkoll kontra l-mara, huwa jkun mexxa l-azzjoni tieghu hazin in kwantu diretta kontra l-mara wkoll, u din ghandha tigi liberata mill-osservanza tal-gudizzju. Hija regola komuni, izda mhux assoluta u inflessibbli, ili l-lokatur, lij gahzel li ma jitlobx ir-rizoluzzjoni tal-lokazzjoni minhabba d-danni kagunati mill-konduttur fil-fond tieghu ghandu jistenna, sabiex jazzjona ghad-danni lill-konduttur, sakemm tispicca l-lokazzjoni. U din mhix regola assoluta u inflessibli, ghaliex gie ritenut mid-dottrina u mill-Qrati illi, meta d-danni jkunu ta' natura gravi u urgenti, u talili jkunu iriparabbli, jew li jikkompromettu s-sustanza jew il-konservazzjoni tal-fond lokat jekk majigux milqugha mill-ewwel, mhu gust li l-lkoatur ghandu joqghod jistenna sa ma tispicca l-lokazzjoni halli jikkostringi lill-konduttur li jkun ikkaguna d-dannu jezegwixxi l-obligazzjonijiet tieghu lijitnisslu mir-rapport lokatizju "ex lege", u in konsegwenza jkollu dritt li jitlob l-ezekuzzjoni taghhom anki jekk l-lokazzjoni tkun ghadha miexja. Imma meta d-danni ma jkunux ta' din in-natura u urgenza l-azzjoni tal-lokatur biex il-konduttur jirriparahom fil-kors tal-lokazzjoni hija prematura.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni