Reference: Volume 42C (1958), Part No. 1, Section , Page 777

Judgement Details


Date
19/07/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J.
Parties
FRANCESCO SAMMUT vs GIO MARIA VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KONFUZJONI - LOKAZZJONI - RETRATT
Summary
L-inkwilin li jakkwista b'xiri l-post minnu detenut b'titolu ta' lokazzjoni, minn inkwilin isir proprjetarju tal-istess fond; u fil-persuna tieghu topera ruhha l-konfuzjoni tal-kwalita' li kellu ta' inkwilin ma' dik gdida li jakkwista ta' proprjetarju; u ghalhekk huwa ma jibqghax inkwilin tal-post.Imma jekk dak il-fond jigi rkuprat mill-poter tieghu, u huwa jirrivendieh ir-retraent dik il-konfuzjoni tigi qiesha li ma saret qatt, u jirrivivi f'dak id-detentur retrattarju t-titolu precedenti tieghu ta' inkwilin; ghax bir-rivendizzjoni li hu ghamel favur ir-retraent in segwitu ghall-irkupru minn dan ezercitat, il-bejgh tal-fond jigi rizolut, u r-retrattarju jigi li qiesu ma xtara qatt u li l-bejgh sar mill-bidu lir-retraent. Dan, ghalhekk, ghandu jirrispetta l-lokazzjoni li kellu qabel ir-retrattarju, u ghalhekk ma jistghax jitlob l-izgumbrament tieghu fuq il-motiv illi bix-xiri li r-retrattarju kien ghamel tal-fond kien spicca t-titolu tieghu ta' inkwilin, u illi bir-rivendizzjoni dakt-titolu ma regghax irriviva. L-unika limitazzjoni li jaghmlu l-awturi ghal din il-konkluzjoni hija dik meta l-lokazzjoni tkun saret b'qerq biex jigu pregudikati d-drittijiet tar-retraent. Mela r-retraent hu obligat jirrispetta l-lokazzjoni li kienet miexja favur ir-retrattarju, u jinsab marbut bl-obligi derivanti mill-ligi li tirregola t-tigdid tal-kera.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info