Referenza: Volum 42C (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 808

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/11/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
CALCEDONIO PSAILA vs GIUSEPPE FARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
EZEKUZZJONI - MANDAT TA` ZGUMBRAMENT - NULLITA' - OGGETT TAL-KAWZA - SENTENZA - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Fil-Qosor
Jekk persuna, li tigi notifikata b'mandat ta' zgumbrament mahrug in ezekuzzjoni ta' sentenza, titlobir-revoka tal-ezekuzzjoni ta' dak il-mandat fuq il-motiv illi l-fond li minnu l-intimat ghandu jigizgumbrat ma kienx indikat fis-sentenza la bin-numru u lanqas bit-trieq fejn jinsab, dik id-domandamhix attendibbli, jekk il-fond huwa identifikabbli u ma jistax jinqala' ebda dubju fuq l-identita' tieghu. Ghalkemm hu veru li l-oggett tal-kawza ghandu jkun car, il-ligi ma tiddisponix bl-ebda mod partikulari kif ghandu jigi ndikat dan l-oggett; u allura hu bizzejjed li ma jistax ikun hemm dubju dwar l-identita' tal-oggett. Ladarba l-mandat ta' zgumbrament ikun hareg in ezekuzzjoni ta' sentenza, u ebda nullita' tal-mandat ma tigi eccepita b'success, ir-reklam tal-ezekutat ikun tardiv. Anki f'kazijiet analogi ta' indeterminatezza fl-indikazzjoni tal-persuna tal-eredi, jew tal-legatarju, jewtal-oggett legat, il-gurisprudenza tirrikonoxxi li ma hemmx lok ghan-nullita' "aliunde". U fil-kazta' domanda ghar-revoka tal-ezekuzzjoni ta' l-mandat ta' zgumbrament f'dawn il-kontingenzi lanqas hu l-kaz li l-Qorti timmodera l-kap tal-ispejjez. Jekk l-ezekutat ma kienx gustifikat li ma jgibx il-quddiem l-obbjezzjoni tieghu mill-ewwel fil-kawza li fiha ntalab l-izgumbrament, l-ezekutant kien traskurat filli ma ndikax sewwa l-fond, imma l-ezekutat, li in segwitu jitlob l-imsemmija revoka, ikkontribwixxa f'dik it-traskuragni, billi huwa ma qal xejn fil-kawza ta' qabel u halla li ssir l-ezekuzzjoni qabel ma tkellem.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni