Referenza: Volum 43B (1959), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 208

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/04/1959
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CARMELA FALZON vs PAOLO FALZON
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 47, 59 U 68 TAL-KODICI CIVILI - DEKADENZA TAL-KONJUGI MID-DRITTIJIET - KURA TAT-TFAL - SEPERAZZJONI PERSONALI
Fil-Qosor
B'ligi, l-applikazzjoni tad-dekadenzi tal-konjugi mid-drittijiet taghhom kontra xulxin bhala effetttal-pronuncja ta` separazzjoni personali bejniethom, "in toto" jew in parti, hi fakoltattiva ghall-Qorti, jekk id-domanda ghas-separazzjoni tkun radikata fuq il-motiv ta` eccessiv, sevizji, minacci ungurji gravi. U allura jiddependi mid-diskrezzjoni taghha jekk tapplikax jew le dawk id-dekadenzi fil-kaz partikulari. Ic-cirkustanza li r-ragel jiddiffama kontinwament lill-martu fl-unut taghha kien dejjem ritenut wahda mill-kawzi principali tas-separazzjoni. Hu wkoll aggravament ta` din l-ingurja l-fatt li r-ragel jirripeti din l-allegazzjoni fin-nota tal-eccezzjonijiet tieghu bhala mezz defenzjonali, meta hu stess ikun ga ammetta li kien zbalja fid-diskors tieghu. In kwantu ghall-kura tat-tfal, skond il-ligi, jitqieghdu, taht il-kustodju tal-konjugi innocenti, ammenokke` l-Qorti ma tordnax xort'ohra ghall-gid tat-tfal stess; kozikke` l-interess tat-tfal hu r-regola sovrana.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni