Referenza: Volum 42D (1958), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 1038

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/05/1958
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
ALFRED SALMONE. O.B.E., NE. ET. vs AVUKAT DR. FRANK VASSALLO ET NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DEBITU MOBILJARI - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI - MARA - OBLIGAZZJONI "DI FARE O DI NON FARE"
Fil-Qosor
Meta persuna tobliga ruhha li taghmel jew ma taghmelx ("di fare o di non fare") xi haga, dan id-debitu huwa ritenut mid-dottrina bhala debitu mobiljari; ghaliex, jekk id-debitur jonqos li jadempixxi l-obligazzjoni tieghu, dak in-nuqqas jirrizolvi ruhu f'danni u nteressi, li jikkonsistu f'somma ta' flus li hija l-valutazzjoni tan-nuqqas; u per konsegwenza dik l-istess estimazzjoni pekunjarja ta' danni u nteressi hija riduzzjoni tan-nuqqas fi flus, li hija haga mobili. Dawn id-debiti mobili, ankorke' kontratti mill-wiehed jew l-ohra mill-persuni marbutin bi zwieg qabel l-istess unjoni, huma piztal-komunjoni; l-ghaliex iz-zewg mizzewgin, jew min minnhom, ikun jinstabu debituri meta junixxu ruhhom bi zwieg. Fil-kaz prezenti l-konvenuta kienet obligat ruhha mal-Gvern Civili li tiehu kors ta'"Teacher" fil-"Mater Admirabilis Training College", u li fit-terminazzjoni tal-istess kors taghti s-servizzi taghha bhala "teacher" ghal sentejn, u illi, jekk hija tonqos minn dik l-obligazzjoni, ikollha thallas lill-Gvern is-somma li dan jiddetermina, u li tkun intefqet fl-edukazzjoni u "training"tal-konvenuta; din bdiet il-kors, imma ma komplietux, abbandunatu, izzewget, u emigrat; il-Gvern fittex ghar-rifuzjoni lilha u lill-zewgha; u l-Qorti qatghet illi r-ragel kien responsabbli ghas-sommareklamata mill-Gvern.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni