Reference: Volume 42D (1958), Part No. 3, Section , Page 1154

Judgement Details


Date
04/03/1958
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
CHARLES PORTELLI NE. vs NEG. GIUSEPPE MARIA GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ACCESSORJU - BEJGH TA' MAKKINARJU - BWONA FEDE - KATALOGU - NULLITA'
Summary
Min jixtri makna li l-venditur irid igibha minn barra ma jistghax jippretendi li flimkien mal-maknajigu lilu konsenjati anki l-partijiet kollha tal-makna li huma accessorji taghha, jekk dawn l-accessorji ma kienux komprizi fl-ordinazzjoni u minghajrhom il-makna tiffunzjoni; ghax dawk l-accessorji ma jiffurmawx parti mill-makna proprja, uma humiex necesarji ghall-funzjonament tal-istess makna. Xejn ma jiswa l-mod kif dik il-makna tkun illustrata fil-katalogu; ghaliex l-illustrazzjoni tal-maknamhix vinkolanti billi l-istampa mhix qeghdah hemm biex turi dak li wiehed ghandu jircievi. L-illustrazzjoni hija indikattiva biss, u kollox jiddependi minn kif u ghal x'hix issir l-ordinazzjoni; u kwalunkwe haga "extra" li wiehed jista' jordna, li mhix parti mill-makna, ghandha tigi indikata espressament fl-ordinazzjoni. Jekk mbghad ix-xerrej jippretendi li l-operazzjoni relattiva ghax-xiri tal-makna da parti tieghu ghandha tigi rexissa ghax il-venditur agixxa mieghu in mala fede, meta fl-ordinazzjoni hu ma nkludiex dawk l-accessorji, din ic-cirkustanza ma tistghax tigi kunsidrata fil-kawzali l-venditur jaghmel kontra x-xerrej biex jithallas tal-prezz tal-makna minnu fornita; ghax in-nullita' li ma hix komminata espressament mill-ligi, u li ma tissucedix "ipso jure", ma tistghax tigi proposta in vija ta' eccezzjoni, imma ghandha tigi proposta in vija ta' azzjoni. Ghaldaqstant, f'dawn il-kontingenzi, il-kumpratur tal-makna ma jistghax validament jirrifjuta li jhallas il-prezz tal-makna fuq il-motiv li ma gewx lilu forniti maghha l-accessorji taghha, li ma humiex parti minnha u liminghajrhom il-makna tiffunzjona.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info