Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 1115

Judgement Details


Date
04/10/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
WISQ REV. MONSINJUR ANGELO MICALLEF vs AVV. DR. ARTURO VALENZIA ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1605, 1607, U 1611 TAL-KODICI CIVILI - DEVOLUZZJONI TAL-FOND ENFITEWTIKU - ENFITEWSI - KUMPENS - MILJORAMENTI
Summary
Il-padrun dirett anki jekk ma jinterpellax lill-enfitewta ghall-pagament tac-cens, jista' jitlob ix-xoljiment tal-enfitewsi u d-devoluzzjoni tal-fond bil-miljorament a beneficcju tieghu, jekk l-enfitewta jonqos li jhallas tliet annati ta' cens; u kontempporaneament jista' jitlob ukoll il-hlas tal-kanoni arretrati. Imma l-Qorti, meta r-rizoluzzjoni tal-enfitewsi minhabba morozita' ma tkunx giet stipulata espressament, tista', skond ic-cirkustanzi, taghti lill-enfitewta dilazzjoni moderata ghall-pagament tac-cnus li jkunu dovuti; liema dilazzjoni ma tistax tkun ta' aktar minn xahrejn, prorogabbli, ghal gusta kawza, ghal xahrejn ohra biss. Dwar il-miljoramenti, f'kaz ta' devoluzzjoni, l-enfitewta ma ghandux dritt ghal ebda kumpens, ikunu x'ikunu n-natura u l-valur taghhom, hlief meta d-devoluzzjoni tkun dovuta ghal nuqqas fil-hlas tac-cens jew ghal deterjorazzjoni tal-fond enfitewtiku. Imma l-padrun dirett, ghal dawn il-miljoramenti, ghandu jhallas kemm ikun il-valur taghhom fiz-zmientad-devoluzzjoni sal-konkorrenza tal-awment ta' valur li b'dawk l-istess miljoramenti jkun awmenta ruhu l-fond enfitewtiku f'dak iz-zmien, u rigwardat ukoll iz-zmien li jkun fadal ghat-terminazzjoni tal-enfitewsi. U l-gurisprudenza taghhna fissret illi ma hemmx ebda kontradizzjoni bejn dan il-pattrizoluttiv u l-obligu tar-rimborz fil-mizura stabbilita mill-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info