Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 1055

Judgement Details


Date
28/05/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
FRANCESCA SAVERIA SIVE SAVERINA MUSCAT vs BICE BORG NE. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"CONDITIO" - "MODUS" - LEGAT
Summary
Il-"modus" mhux hag'ohra hlief obligazzjoni accessorja ghal kuntratt ta' indoli gratuwita, li tigi mposta lill-persuna gratifikata' minghajr dan il-"modus", il-kuntratt ikun perfettament gratuwitu, ujsir liberalita'; il-"modus" inaqqas il-beneficcju tal-persuna gratifikata, u jirrendi l-kuntratt imperfettament oneruz; ghalhekk, il-"modus" hu koncepibbli biss fid-donazzjonijiet u fil-liberalitajiet testamentarji, jew almenu f'dawk il-kuntratti li, ghalkemm apparentement korrispettivi, jikkontjenu pero' tahlita ta' liberalita', u fill-limiti ta' din il-liberalita' l-att hu kapaci li jkun sottopost ghal piz, ghal "onus", jigifieri ghal "modus". Il-"modus" jiddifferixxi mill-"conditio" (1) ghaliex "la condizione" qatt ma ghandha effikacja koercittiva, imma merament effett sospensiv jew rizoluttiv, waqt li l-"modo" jipproduci effett koercittiv, u mhux sospensiv; il-persuna gratifikata takkwista mill-ewwel il-proprjeta' mhollija lilha, u dan minghajr ma toqghod tistenna l-adempiment tal-"modus", imma hija tkun tista' tigi mgielgha tezegwixxi l-"modus", jekk tkun accettat il-liberalita';(2) ghaliex, jekk "la condizione" hi impossibbli jew illecita, "vitiatur et vitiat", waqt li, jekk il-"modus" hu mpossibbli jew illecitu, ikun null fih stess, imma ma jassoggettax ghan-nullita' il-liberalita' li ghaliha jaccedi, jigifieri "vitiatur tantum". Meta jkun hemm xi dubju jekk l-intenzjonitad-disponent kienetx dik li tapponi ghall-att "condizione" jew "modus", ghandu jigi prezunt "il modo", u mhux "la condizione". Fil-kaz prezenti, it-testatrici kienet halliet lill-attrici legat "a limine intus" b'titolu ta' liberalita' kemm ukoll bhala rimunerazzjoni ghal servigi li l-attrici rrendiet lit-testatrici tul hajjitha, u fis-sens ukoll li l-attrici ghal dawk is-servigi ma kellhiex tippretendi ebda kumpens iehor barra dak il-legat; il-konvenuta ppretendiet li dak il-legat kellu jigiridott ghax l-attrici ma baqghetx isservi lit-testatrici sakemm din damet hajja; u l-Qorti qatghet li d-dispozizzjoni testamentarja li kienet tikkontjeni dak il-legat kienet dispozizzjoni modali, u mhux kondizzjonali, u illi ghalhekk il-legat kellu jigi konsegwit fil-interezza tieghu; u dan aktar uaktar billi l-attrici ma kienetx halliet is-servizz tad-decujus kapriccjozament, jew ghaliex giet imkeccija mid-decujus, kapriccjozament, jew ghaliex giet imkeccija md-decujus, imma ghaliex il-kontinwazzjoni tas-servigi kienet saret impossibbli mhabba fatt indipendenti mill-volonta' tal-legatarja; uwkoll ghaliex it-testatrici, avvolja gew diskontinwati s-servigi, ma hassretx dak il-legat. Wara kollox, fid-dispozizzjonijiet modali hi ammessa largament kwalunkwe raguni ta' skuza, fis-sens li, jekk il-gratifikat ma jadempix il-"modus" ghal xi raguni tajba li ma tiddimostrax dolo jew kolpa, l-istess gratifikati ma jiddekadix mill-liberalita'.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info