Reference: Volume 42D (1958), Part No. 3, Section , Page 1178

Judgement Details


Date
13/05/1958
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
NEG. WALTER BONELLO NE. vs KAPTAN PIETRO FRAGIACOMO NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KAPTAN - KLAWSOLI TA' EZONERU - PEZAMENT TAL-MERKANZIJA - POLZA TAL-KARIKU - PROVA
Summary
Il-polza tal-kariku hija l-ewwelnett ricevuta tal-merkanzija karikata fuq il-bastiment, rilaxxjata mill-kaptan, jew mill-agent jew impjegat tal-armatur bil-permess tal-kaptan. U ladarba dik il-polzatkun giet rilaxxjata mill-kaptan, l-istess hija dokument effikaci kontra tieghu biex il-possessur tal-polza jottjeni minn ghandu r-rikonsenja tal-istess merkanzija; u dan il-possessur ghandu precizament dawk id-drittijiet kollha li jiskaturixxu mill-istess polza. Ghaldaqstant, id-destinatarju tal-merkanzija ghandu dritt jircievi l-piz kollu mdahhal fil-polza, minghajr l-obligu, fin-nuqqas ta' klawsoli bhal dawk maghrufa bhala "peso sconosciuto", "ignoro peso", "dice essere", anzi bl-affermazzjoni tal-piz da parti tal-kaptan, li jipprova li l-kwantita' ndikata fil-polza giet effettivament konsenjata fil-mument tal-karikazzjoni. Ghax il-kaptan hu responsabbli ghall-piz indikat fil-polza. Huwa ghandu l-obligu, meta ma hemmx xi wahda mill-klawsoli fuq riferiti, li jikkontrolla l-operazzjonital-imbark, u jikonsenja l-piz skond il-polza. Del resto, din ir-responsabbilita' tal-kaptan ma tigix nieqsa lanqas bl-appozizzjoni ta' xi wahda minn dawk il-klawsoli, billi dawk il-klawsoli ma jeskludux assolutament ir-responsabbilta' tieghu u tal-armatur, imma ghandhom bhala effett li jiddispensawh mill-obligu tal-kontroll, li minnhom johrog, subordinatament ghall-kondizzjoni illi l-piz ma kienx rikonoxxibbli fiz-zmien tal-karikazzjoni illi l-piz ma kienx rikonoxxibbli fiz-zmien tal-karikazzjoni. L-effett ta' dawk il-klawsoli huwa biss li jinvertixxu l-onere tal-prova, fis-sens illi jigijmiss lill-karikatur jew lir-ricevitur li jipprova illi l-kwantita' ndikata fil-polza giet regolarment imbarkata u mhux interament konsenjata. Naturalment, il-kaptan ghandu d-dritt li jikkontolla l-operazzjoni tal-iskarikazzjoni u tal-pezament fil-mument tar-rikonsenja; u fil-fatt hekk isir, billil-kaptan ikun prezenti, jew personalment jew per mezz ta' rapprezentant, ghall-uzin tal-merkanzija,ammenokke' ma jippruvax illi r-ricevitur tal-merkanzija rrinunzja ghall-pezament, totalment, jew inparti, u ha l-merkanzija minghajr ma giet pezata; u wiehed ghandu jistenna illi l-kaptan, f'kaz li jkun hemm din ir-rinunzja, jottjeni prova formali, preciza u konvincenti, li l-karikatur irrinunzja tabilhaqq ghall-pezament tal-merkanzija. Jekk il-kaptan jara li l-operazzjoni tal-uzin kienet sejraddum hafna bil-mod li kienet qeghdha ssir, u huwa ried jitlaq bil-bastiment tieghu, imissu javza lir-ricevitur, u jew jottjeni minn ghandu dikjarazzjoni preciza fis-sens fuq indikat, jew jiehu l-passimehtiega taht ic-cirkustanzi biex jezimi ruhu minn kull responsabbilta' fil-kaz li l-pezament ma jigix effettwat kif u fiz-zmien li ragjonevolment ghandu jsir.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info