Referenza: Volum 43C (1959), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 473

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/12/1959
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., GOUDER TANCRED
Partijiet
CARMELO MORANA vs NUTAR DR. JOSEPH SPITERI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
EFFETTI - REXISSJONI
Fil-Qosor
Kuntratt jista' jigi rexiss jew rizolut mhux biss b'azzjoni analoga minhabba xi raguni ta' invalidita' jew nullita', jew haga ohra li tkun tirrendieh rexxindibbli, imma wkoll, u semplicement, bil-volonta' tal-partijiet kontraenti. L-effett tar-rexissjoni, mbghad, hu dak li l-partijiet jigu mqeghdinfl-istess pozizzjoni li kienu qabel ma ghamlu l-kuntratt l-mbghad irrexxindew, b'mod li kull partitirrestitwixxi lill-parti l-ohra dak li rceviet minn ghandha bis-sahha tal-kuntratt rexiss; izda anki dan l-effett jista' jigi modifikat mill-partijiet meta jigu biex jirrexxindu l-kuntratt li ghamlu,jigifieri illi dan l-effett mhux konsegwenza inevitabbli tal-att tar-rexissjoni; ghax l-att tar-rexissjoni ikun kuntratt gdid li l-partijiet, almenu ghal dawk li huma relazzjonijiet ta' bejniethom, huma liberi li jirregolaw kif iridu. U ghalhekk tkun kwistjoni ta' provi xi tkun il-pozizzjoni reciproka tal-partijiet bhala konsegwenza tal-att tar-rexissjoni, jigifieri x'ikollu wiehed jaghti lill-iehor bhala konsegwenza ta' dak il-kuntratt skond il-ftehim li jkunu ghamlu qabel ma stipulawh.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni